Menu

Karta għall-parkeġġ tal-UE għal nies b'diżabilità - il-Finlandja

Kundizzjonijiet applikabbli

F'toroq u f'parkeġġi għall-karozzi, postijiet għall-ipparkjar riżervati għal nies b'diżabilità jkunu mmarkati b'simbolu tas-siġġu tar-roti. Tipparkjax jekk l-ispazju jkun immarkat b'isem ta' persuna jew b'numru ta' reġistrazzjoni ta' vettura.

Ipparkjar fit-toroq

Tista' tipparkja f'xi erjas li fihom hu pprojbit l-ipparkjar, iżda biss jekk ma tkunx qed tikkawża ostruzzjoni - Iċċekkja lokalment

  • Tista' tipparkja bla ħlas u taqbeż il-limitu tal-ħin f'erjas li fihom meħtieġ il-ħlas
  • Tista' taqbeż il-limitu tal-ħin f'erjas li fihom l-ipparkjar hu bla ħlas iżda limitat bil-ħin
  • Issuqx jew tipparkjax f'żoni riżervati għall-mixi

Ipparkjar f'parkeġġi għall-karozzi

Ir-regolamenti f'parkeġġi għall-karozzi jvarjaw. Iċċekkja l-avviżi tal-parkeġġ jew staqsi attendent.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

L-aħħar verifika: 19/04/2022
Ikkondividi din il-paġna