Menu

Karta għall-parkeġġ tal-UE għal nies b'diżabilità - l-Estonja

Kundizzjonijiet applikabbli

F'toroq u f'parkeġġi għall-karozzi, postijiet għall-ipparkjar għal nies b'diżabilità jkunu mmarkati b'simbolu tas-siġġu tar-roti.

Ipparkjar fit-toroq

Tista' titħalla tipparkja fit-toroq li fihom hu pprojbit l-ipparkjar iżda biss jekk il-karozza hi pparkjata kollha kemm hi fuq il-bankina u jekk ma tkunx qed tikkawża ostruzzjoni nagħtuk parir b'mod sod li tiċċekkja lokalment.

  • Tista' tipparkja bla ħlas u bla limitu ta' ħin fit-toroq li fihom meħtieġ il-ħlas
  • Tista' tipparkja mingħajr limitu ta' ħin fit-toroq li fihom l-ipparkjar hu bla ħlas iżda ristrett bil-ħin
  • Sewwieq b'diżabilità ma għandux ikollu limitu ta' ħin għall-ipparkjar
  • Sewwieq ta' persuna b'diżabilità jista' jieqaf sabiex jiġbor jew iniżżel persuna b'diżabilità
  • Issuqx jew tipparkjax f'żoni riżervati għall-mixi

Ipparkjar f'parkeġġi għall-karozzi

Xi parkeġġi għall-karozzi jippermettu vetturi li juru l-karta li jipparkjaw bla ħlas. Iċċekkja l-avviżi tal-parkeġġ jew staqsi attendent.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

L-aħħar verifika: 19/04/2022
Ikkondividi din il-paġna