Menu

Mistoqsijiet frekwenti - Il-pensjonijiet supplimentari barra pajjiżek

X'jiġri mill-iskema tal-pensjoni supplimentari tiegħi fl-Irlanda jekk immur ngħix Franza meta nirtira? Open Agħlaq

Jekk tmur tgħix Franza jew fi kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE, min jinxurjak għandu jħallas għall-iskema tal-pensjoni supplimentari tiegħek l-istess ammont u bl-istess kundizzjonijiet bħallikieku kont qed tgħix fl-Irlanda.

Mill-banda l-oħra, il-liġi Franċiża ma tistax tiddiskrimina kontra l-iskemi konnessi max-xogħol mill-Irlanda, pereżempju billi l-iskemi Franċiżi jingħataw trattament tat-taxxa preferenzjali.

Meta rtirajt mill-Ġermanja mort ngħix il-Ġreċja, iżda l-Ġermanja issa qed titlobni nħallas lura t-tnaqqis tat-taxxa kollu li akkwistajt talli faddalt fl-iskema tal-pensjoni supplimentari Ġermaniża. Jistgħu jagħmluh dan? Open Agħlaq

LE — Il-Ġermanja ma għandhiex titlob lura t-tnaqqis tat-taxxi sempliċement għax int se tirtira u tmur tgħix il-Greċja. Hu kontra l-liġi tal-UE li pajjiż tal-UE jkollu regoli li ma jħallukx tiċċaqlaq fejn trid fl-UE. Jekk il-Ġermanja tagħmel dan, dan fil-fatt ikun qed jostakolak milli teżerċita dan id-dritt li tirtira f'pajjiż ieħor.

F'każ ta' problemi mal-awtoritajiet nazzjonali, tista' tingħata għajnuna hawnIftaħ bħala link estern.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 20/11/2023
Ikkondividi din il-paġna