Menu

Mistoqsijiet frekwenti - Regoli biex wieħed idaħħal flus kontanti fl-UE u joħroġhom minnha u jivvjaġġa bi flus kontanti fl-UE

Jekk immur f'pajjiż ieħor tal-UE b'ċekk għal aktar minn €10,000, għandi għalfejn niddikjara dan jew għandi niddikjara biss l-ammonti ta' flus kontanti li jaqbżu l-€10,000? Open Agħlaq

Meta tidħol jew toħroġ mill-UE b'€10,000 jew aktar fi flus kontanti (jew l-ekwivalenti f'muniti oħra) u/jew kwalunkwe strumenti finanzjarji/monetarji oħra li jistgħu jiġu ttrasferiti b'mod anonimu mingħand persuna għall-oħra inti trid tiddikjara dan lill-awtoritajiet doganali permezz ta' formola tal-UE għad-dikjarar ta' flus kontanti. Meta tivvjaġġa fl-UE jista' jkollok obbligu simili, għax kontrolli ta' flus kontanti bejn pajjiżi tal-UE huma applikati wkoll f'xi pajjiżi tal-UE.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 04/07/2023
Ikkondividi din il-paġna