Menu

Mistoqsijiet frekwenti - Pensjonijiet tas-superstiti u għotjiet f'każ ta' mewt

L-assigurazzjoni fuq is-saħħa tiegħi tiggarantili għotja ta' flus ġeneruża għall-ispejjeż tal-funeral lil familti wara mewti. Familti tkun tista' tieħu din l-għotja ta' flus jekk immut barra pajjiżi? Open Agħlaq

IVA — Familtek għandha dritt għal din l-għotja ta' flus, anki jekk tmut f' pajjiż ieħor tal-UE. Familtek għandha tapplika għal għotja ta' flus mill-istituzzjoni tal-assigurazzjoni tas-saħħa li fiha int tinsab reġistrat mill-pajjiż ta' residenza tiegħek. Huma għandhom jgħaddu r-rikjesta tiegħek lill-awtoritajiet ikkonċernati.

Jien ngħix l-Italja u nirċievi pensjonijiet mill-Italja u mid-Danimarka. L-għotjiet ta' flus Daniżi għall-ispejjeż tal-funeral huma tassew ġenerużi. Żewġi se jkollu dritt għalihom wara mewti? Open Agħlaq

LE — Int tgħix l-Italja u qed tirċievi pensjoni Taljana. Bħala riżultat, żewġek għandu biss dritt għal għotja ta' flus Taljana għall-ispejjeż tal-funeral, anki jekk int qed tirċievi ukoll pensjonijiet minn pajjiżi oħrajn jew le. Sfortunatament, fl-Italja ma jeżistux għotjiet f'każ ta' mewt. Bħala riżultat, żewġek ma jkollux dritt għal għotja ta' flus għall-ispejjeż tal-funeral wara mewtek.

Liema pajjiż għandu jħallas l-għotjiet f'każ ta' mewt? Open Agħlaq

Żewġi miet/marti mietet reċentement. Għandi dritt għal pensjoni tas-superstiti jekk ngħix f'pajjiż differenti minn fejn ħadem żewġi/ħadmet marti? Open Agħlaq

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 30/05/2024
Ikkondividi din il-paġna