Menu

Mistoqsijiet frekwenti - L-ivvjaġġar bl-annimali tad-dar u annimali oħra fl-UE

Il-fenek tal-Indi tiegħi kopert mill-passaport tal-UE għall-annimali tad-dar? Iftaħ Agħlaq

LE - Mhux kopert. Il-passaport tal-UE għall-annimali domestiċi huwa biss għall-klieb, il-qtates u n-nemsijiet. Jekk għandek annimali tad-dar oħrajn, tapplika l-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Jeħtieġli permess biex nivvjaġġa bil-farfett ornithoptera chimaera bejn il-pajjiżi tal-UE? Iftaħ Agħlaq

IVA - Iċ-ċaqliq ta' speċijiet ta' annimali fil-periklu li jinqerdu - inkluż il-farfett ornithoptera chimaera hu strettament ikkontrollat. Jekk tixtieq tivvjaġġa b'din l-ispeċi, jintħieġlek ċertifikat.

Biex issib jekk għandekx bżonn permess għal dak li trid iġġib lura, iċċekkja l- bażi tad- tal-UE tal-kummerċ tal-annimali selvaġġi en jew ikkuntattja l-awtorità CITES en f'pajjiżek.

Biħsiebni nieħu l-kelb tiegħi l-Irlanda fejn qed nippjana li mmur ngħix. X'jiġri jekk ma jissodisfax ir-rekwiżiti biex jidħol fl-Irlanda? Iftaħ Agħlaq

Il-kelb tiegħek jista' jintbagħat lura lejn il-pajjiż ta' oriġini tiegħu, jew fi kwarantina (a spiża tiegħek) għat-tul ta' żmien meħtieġ biex jissodisfa l-ħtiġijiet tas-saħħa sa massimu ta' 21 jum jew, bħala l-aħħar alternattiva, il-kelb tiegħek jista' jitraqqad.

Jiena persuna nieqsa mid-dawl, u nixtieq nivvjaġġa minn Pariġi għal Berlin bl-ajru. Nista' nġib il-kelb gwida? Iftaħ Agħlaq

IVA - It-trasportatur tal-ajru għandu jittrasporta kelb gwida rikonoxxut fil-kabina tal-ajruplan.

Hemm restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta' ċerti annimali jew pjanti protetti fl-UE? Iftaħ Agħlaq

IVA - ċerti speċijiet fil-periklu li jinqerdu u partijiet minnhom huma protetti bil-Konvenzjoni ta' Washington (CITES). Hemm regoli stretti dwar l-importazzjoni tagħhom fl-UE.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 04/07/2025
Ikkondividi din il-paġna