Mistoqsijiet frekwenti - L-elezzjonijiet muniċipali
Jiena Franċiża u ngħix fil-Belġju, fejn hemm obbligu legali li tivvota. Ikolli nivvota?
Trid tivvota biss jekk inti rreġistrata li tivvota fil-Belġju u tinsab fir-reġistru
elettorali. F'dak il-każ biss se tkun suġġetta għal trattament ugwali maċ-ċittadini
Belġjani. L-awtoritajiet Belġjani ma jistgħux iqiegħduk awtomatikament fir-reġistru
elettorali fuq il-bażi tar-residenza tiegħek jekk huwa obbligatorju li tivvota fil-pajjiż.
Jekk jien imniżżel fir-reġistru elettorali tal-pajjiż ta' residenza ġdid tiegħi u li fih hu obbligatorju li tmur tivvota, jien obbligat li mmur nivvota?
IVA - Bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.
L-aħħar verifika: 17/06/2022