Mogħdija tan-navigazzjoni

Liema mistoqsijiet nista nistaqsi?

 

Pariri tal-Ewropa Tiegħek iwieġeb mistoqsijiet minn…

  • individwi li huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea, in-Norveġja, l-Iżlanda jew Liechtenstein.
  • persuni mhux Ewropej – jekk huma membri tal-familja ta' ċittadin jew resident tal-UE
  • servizzi ta' informazzjoni jew pariri Ewropej jew nazzjonali, f'isem individwi
  • negozji bis-sede tagħhom fl-UE

Mistoqsijiet dwar…

  • sitwazzjoni reali (mhux fittizja) – anki jekk hija intenzjoni biss li tmur tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE.
  • drittijietek f'pajjiż wieħed jew aktar tal-UE u taħt il-liġi tal-UE

Temi komuni għall-mistoqsijiet

  • drittijietek meta tivvjaġġa, tgħix, taħdem, tirtira jew tistudja f'pajjiż ieħor tal-UE
  • id-drittijiet tal-konsumaturi fl-UE

X'ma nistgħux nagħmlu

  • nagħtu pariri dwar kwistjonijiet immexxija esklużivament mil-liġi nazzjonali (nieħdu ħsieb biss kwistjonijiet relatati mal-liġi tal-UE)
  • nipprovdu parir legali dettaljat, analiżi ta' dokumenti jew intervisti wiċċ imb'wiċċ miegħek
  • nagħtuk parir legali minflok avukat jew nirrappreżentawk legalment
  • nirrappreżentawk f'każ jew nieħdu azzjoni ta' infurzar kontra kumpaniji jew awtoritajiet.

Nirrispondu għall-maġġoranza tal-mistoqsijiet

- iżda xi wħud mill-mistoqsijiet ma jaqgħux taħt l-ambitu ta' Pariri Tiegħek fl-Ewropa u għalhekk mhumiex eliġibbli, bħal:

  • talba sempliċi għal informazzjoni li tista' tinstab faċilment fuq l-internet jew mistoqsijiet fuq il-politika tal-UE
  • mistoqsijiet relatati ma' pajjiż wieħed biss
  • mistoqsijiet li huma responsabbiltà sħiħa tal-liġi nazzjonali (mhux il-liġi tal-UE)
  • mistoqsijiet dwar għotja ta' benefiċċji jew fondi taħt il-programmi Ewropej
  • Mistoqsijiet magħmula minn organizzazzjonijiet li jagħmlu qligħ, pereżempju uffiċċji legali li jaġixxu għan-nom ta' klijenti
Pariri tal-Ewropa Tiegħek
jista' jwieġeb
mistoqsijiet bħal:
Jiena ċittadin Pollakk li naħdem fl-Awstrija. Nista' nikseb il-benefiċċji tal-familja fl-Awstrija, anki jekk marti u l-erbat itfal tiegħi jgħixu l-Polonja?
Ġejt imċaħħad reġistrazzjoni mal-Kamra Teknika Griega biex naħdem bħala inġinier mekkaniku fuq il-bażi li ma jirrikonoxxux il-kwalifiki tiegħi mir-Renju Unit. Tista' ttini parir?
 
Pariri tal-Ewropa Tiegħek
ma jistax iwieġeb
mistoqsijiet bħal:
Ikkuntattjajt darbtejn lilll-kunsill lokali tar-raħal tiegħi biex nistaqsi għal triq rurali li twassal għal biċċa għalqa li hija proprjetà tiegħi. (il-mistoqsija hija esklussivament ta' natura nazzjonali)
Jiena ċittadin Taljan li qed nistudja fl-Università ta' Edinburgh (…) Jeżistu xi għotjiet mill-UE li nista' nkun eleġibbli u napplika għalihom? (applikazzjoni għal għotja)