Mogħdija tan-navigazzjoni

Dwar Pariri tal-Ewropa Tiegħek

 

X'inhi Pariri Tiegħek fl-Ewropa / Min hu l-moħħ warajha?

Pariri Tiegħek fl-Ewropa huwa servizz tal-UE li jagħti pariri lill-pubbliku li attwalment jingħataw minn esperti legali mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni taċ-Ċittadini (ECAS) li jopera taħt kuntratt mal-Kummissjoni Ewropea. Jikkonsisti minn tim ta' avukati li jkopru l-lingwi uffiċjali tal-UE kollha u jafu dwar il-liġi tal-UE kif ukoll dwar il-liġijiet nazzjonali tal-pajjiżi kollha tal-UE.

Kooperazzjoni bejn Pariri Tiegħek fl-Ewropa u SOLVIT

Pariri Tiegħek fl-Ewropa jaħdem id f'id ma' SOLVIT. Dan huwa netwerk li jsolvi l-problemi bejn individwi jew kumpaniji kif ukoll l-awtoritajiet f'pajjiż ieħor, f'każijiet fejn hemm ċans ta' applikazzjoni ħażina tal-liġi tal-UE.

Jekk wara l-eżami tar-rikjesta tiegħek għal parir jidhrilna li teħtieġ għajnuna ulterjuri biex issolvi l-problema mal-amministrazzjoni nazzjonali kkonċernata, aħna nressqu l-każ tiegħek minn Pariri Tiegħek fl-Ewropa għal għand SOLVIT u ninfurmawk bl-iżvolġiment.

Dikjarazzjoni ta’ rinunzja

Il-pariri u t-tagħrif li jingħata għall-mistoqsijiet individwali indirizzati lil Pariri Tiegħek fl-Ewropa jingħataw minn esperti legali indipendenti taħt kuntratt mal-ECAS.

Dawn jagħmlu ħilithom biex jassiguraw li t-tagħrif u l-pariri huma preċiżi, iżda ma jaċċettaw l-ebda responsabbiltà għall-iżbalji, nuqqas ta' preċiżjoni jew ommissjonijiet.

Il-Kummissjoni Ewropea taġixxi bħala faċilitatur għal dan is-servizz u ma taċċetta l-ebda responsabbilità fir-rigward ta’ tagħrif jew parir provdut minn dan is-servizz.

Il-pariri mogħtija mis-servizz mhux neċessarjament jirriflettu l-opinjoni tas-servizzi varji tal-Kummissjoni Ewropea u ma jorbtux lill-Kummissjoni Ewropea.

Dikjarazzjoni ta' Privatezza

Meta tibgħat il-mistoqsija tiegħek, inti mitlub li tipprovdi informazzjoni personali. Din l-informazzjoni tintuża skont il-politika deskritta fl-istqarrija tal-privatezza tagħna.

Iktar informazzjoni dwar Pariri Tiegħek fl-Ewropa

 

  • FAQ pdf - 391 KB [391 KB] English (en)

Id-dokumenti ta' hawn taħt jagħtu dettalji dwar kif jaħdem Pariri Tiegħek fl-Ewropa. Qabel l-1 ta' Settembru 2010, Pariri Tiegħek fl-Ewropa kif jismu "Servizz ta' Informazzjoni għaċ-Ċittadini" (CSS):

  • Rapport Annwali 2010 tas-YEA pdf - 3 MB [3 MB] English (en)
  • Rapport Annwali 2009 tas-YEA pdf - 709 KB [709 KB] English (en)
  • Rapport Annwali 2008 tas-YEA pdf - 695 KB [695 KB] English (en)

Rapporti ta' rispons dwar il-mistoqsijiet mibgħuta

  • "YEA feedback report on professional qualifications pdf - 374 KB [374 KB] English (en) " - Marzu 2010 
  • "What the YEA Database tells us pdf - 262 KB [262 KB] English (en) " - Analiżi statistika dettaljata ta' mistoqsijiet reġistrati fl-arkivju tas-YEA - Jannar 2007 
  • "Financial services pdf - 290 KB [290 KB] English (en) " - Analiżi legali u statistika ta' mistoqsijiet dwar setturi tas-servizzi finanzjarji – Marzu 2007 
  • "Signposting destinations pdf - 805 KB [805 KB] English (en) - Eżaminazzjoni tal-entitajiet tal-UE u nazzjonali li għalihom jirreferu l-mistoqsjijiet mill-esperti legali tas-YEA – Lulju 2007 
  • "Difficulties experienced by citizens when exercising their mobility rights in Single Market pdf - 220 KB [220 KB] English (en) " (Diffikultajiet li ltaqghu magħhom iċ-ċittadini meta użaw drittijiethom għall-mobilità fis-Suq Waħdieni) – L-oqsma prinċipali ta' tħassib għaċ-ċittadini bil-mod kif ippreżentawhom lis-YEA – Lulju 2008 
Il-promozzjoni ta'
L-Ewropa Tiegħek

Inħeġġu links għall-paġni web ta' L-Ewropa Tieg'ek български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) minn websajts oħra.

Tista' tagħmel mistoqsija lil Pariri tal-Ewropa Tiegħek (jew servizzi oħra ta' għajnuna) permezz tal-buttuna "Għad għandek bżonn l-għajnuna?"