FAQs - Emerġenzi

Biex ikollok numru wieħed li tista' tuża f'każ ta' emerġenza tkun fejn tkun fl-UE - biex b'hekk m'għandekx għalfejn toqgħod tiftakar numru differenti għal kull pajjiż.

Il-112 madwar l-UE kollha jfisser numru wieħed li jaħdem fl-UE kollha u li kollha nistgħu niftakru anki meta nkunu inkwetati f'sitwazzjoni ta' emerġenza.

LE - il-112 jaħdem f'kull pajjiż tal-UE flimkien man-numri nazzjonali tal-emerġenza eżistenti. Allura jekk taf dawn in-numri, tista' tużahom ukoll - is-servizz se jkun l-istess.

F'xi pajjiżi tal-UE, il-112 hu n-numru tal-emerġenza ewlieni.

F'sitwazzjonijiet ta' emerġenza biss. Il-112 mhux servizz ta' informazzjoni.

Meta ċċempel il-112, tiġi konness ma' operatur li jgħaddik għand is-servizz tal-emerġenza li tkun teħtieġ.

Il-lingwa/i tal-pajjiż li tkun fih.

  • Ingliż - f'xi pajjiżi
  • Ilsna Ewropej oħrajn - imma dan jiddependi kompletament mill-pajjiż u l-operaturi li jkun hemm.
  • Ma hemmx firxa standard jew minimu ta' ilsna pprovduti.

Jekk ma tkunx tista' titkellem sew jew ma tkunx taf eżattament fejn tinstab, l-operatur jgħaddi kemm jista' jkun informazzjoni dwar il-lokalità tiegħek lis-servizzi tal-emerġenza - jew l-indirizz tan-numru (landline) minn fejn tkun qed iċċempel jew il-lokalità tal-mobile tiegħek.

Dan hu firxa ta' 6 helplines Ewropej bla ħlas għat-tfal u l-adulti fil-bżonn, li jistgħu jintużaw fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE (għalkemm il-firxa għadha mhix mal-UE kollha).

Jagħtu aċċess għal servizzi lokali tal-għajnuna magħżula.

  • 116 000 - helpline għat-tfal neqsin
  • 116 111 - helpline għat-tfal
  • 116 123 - helpline għall-appoġġ emozzjonali
  • 116 006 - helpline għall-vittmi ta' reati
  • 116 117 - helpline mediku mhux urġenti
  • 116 016 - helpline għall-għajnuna għan-nisa vittmi tal-vjolenza

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 17/09/2024
Ikkondividi din il-paġna