Mistoqsijiet frekwenti - Trattament ugwali fuq il-post tax-xogħol

Jekk qed taħdem f'pajjiż ieħor, int u l-familja tiegħek tridu tkunu trattati eżattament l-istess bħall-kollegi tiegħek li huma ċittadini ta' dak il-pajjiż. Dan japplika speċjalment għal:

  • drittek li tfittex ix-xogħol u tirċievi l-għajnuna mingħand l-uffiċċji nazzjonali tal-impjieg
  • kundizzjonijiet tax-xogħol (salarju, tkeċċija, eċċ.)
  • benefiċċji u vantaġġi tat-taxxa
  • opportunitajiet ta' taħriġ
  • sħubija fit-trejdjunjins u l-eżerċitar ta' drittijiet relatati.

It-trattament ugwali jipprojbixxi mhux biss id-diskriminazjzoni miftuħa, iżda wkoll kwalunkwe regoli li indirettament iqiegħduk fi żvantaġġ, bħal miżuri li jillimitawlek il-moviment ħieles.

Pereżempju, regola li tirrikjedi li tgħix fil-pajjiż għal żmien twil qabel ma jkollok aċċess għal servizz pubbliku partikolari tkun illegali.

IVA — tkun xi tkun in-nazzjonalità tal-membri tal-familja tiegħek (anki jekk mhux mill-UE):

  • jistgħu jaħdmu għal rashom jew bħala impjegati mingħajr il-bżonn ta' permess tax-xogħol.
  • għandhom dritt għall-istess trattament bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.

Jekk tħoss li xi regola jew deċiżjoni li taffettwak tmur kontra r-regoli tal-UE li jippermettulek taħdem barra pajjiżek, trid l-ewwel nett tressaq il-każ quddiem l-awtoritajiet tal-pajjiż fejn taħdem.

Skont xi tkun il-problema eżatta, għandu mnejn jirnexxilek ukoll issib għajnuna mis-servizzi ta' għajnuna ta-UE.Iftaħ bħala link estern

IVA — jekk jingħaraflu d-dritt li jgħix migħek fis-Slovakkja, ikun igawdi l-istess drittijiet bħalek.

IVA — skont ċerti ċirkostanzi.

Jekk qed tgħix hemm legalment, għandek dritt għall-istess għajnuna bażika tal-benessri — imsejjaħ ukoll assistenza soċjali fid-dokumenti tal-liġi tal-UE — bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż. Skont il-pajjiż, dan jista' jinkludi l-appoġġ għal-qligħ jew benefiċċji oħra li jkunu indipendenti minn kontribuzzjonijiet mgħoddija li stajt għamilt fis-sistema tal-benessri ta' dak il-pajjiż.

Madankollu, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jżomm id-dritt tiegħek għall-appoġġ tal-qligħ — jew benefiċċji oħra — għall-ewwel 3 xhur tar-residenza tiegħek (pereżempju jekk ġejt bħala ħaddiem staġjonali, ħdimt xahar u mbagħad applikajt għall-appoġġ tal-qligħ), u saħansitra għal iktar fit-tul jekk tasal fil-pajjiż biex tfittex ix-xogħol.

Il- punt uniku ta' kuntatt fir-Renju Unit en għandu jfornik bl-informazjoni kollha li teħtieġ kemm biex tibda negozju ġdid kif ukoll biex tipprovdi s-servizzi minn pajjiż ieħor. Jippermettilek ukoll li tagħmel — elettronikament — il-proċeduri amministrattivi kollha f'daqqa. Ma jkollokx toqgħod tikkuntattja l-awtoritajiet rilevanti kollha individwalment.

Jekk il-professjoni tiegħek hija regolata fir-Renju Unit, jista' jkollok bżonn li l-kwalifiki tiegħek jiġu rikonoxxuti mill-awtoritajiet tar-Renju Unit.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 23/05/2022
Ikkondividi din il-paġna