Mistoqsijiet frekwenti - Dokumenti tal-ivvjaġġar għaċ-ċittadini tal-UE
Jien Portugiż u s-sajf li ġej sejjer Ċipru għal btala. Nista' nuża l-liċenżja tas-sewqan flok il-karta tal-identità mal-fruntiera?
LE - Liċenzja tas-sewqan mhix dokument tal-ivvjaġġar. Se jkollok bżonn karta tal-identità nazzjonali jew passaport validu.
F’liema ċirkostanzi nista', bħala ċittadin tal-UE, niġi miċħud id-dħul f’pajjiż ieħor tal-UE?
Tista’ tiġi miċħud id-dħul f’pajjiż Ewropew ieħor jekk tippreżenta theddida serja għall-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika. L-awtoritajiet iridu jagħtu prova li int jew il-membri tal-familja tiegħek tippreżentaw "theddida ġenwina, preżenti u serja biżżejjed". Int intitolat li tingħata din id-deċiżjoni bil-miktub, fejn ikunu ddikjarati r-raġunijiet kollha, u li fiha jiġi speċifikat kif tista' tappella u ż-żmien li għandek biex tkun tista' tagħmel dan.
X’nista’ nagħmel jekk d-dritt tiegħi li nidħol f’pajjiż ieħor tal-UE jkun miċħud fil-punt ta’ dħul?
Jekk id-dritt tiegħek li tidħol f’pajjiż ieħor tal-UE jiġi miċħud, għandek tikkuntattja l-ambaxxata jew il-konsulat ta’ pajjiżek fil-pajjiż fejn tixtieq tidħol.