Mistoqsijiet frekwenti - Applikazzjoni għal provvediment permanenti ta' servizzi

Biex tkun taf liema awtorità hi responsabbli għall-professjoni tiegħek, tista' tikkuntattja lill- punti ta' kuntatt nazzjonali rilevanti għall-għarfien tal-kwalifiki professjonali .

L-ewwel, jeħtieġlek tiċċekkja jekk il-professjoni ta' "masseur" hix l-istess professjoni li tixtieq tipprattika fil-Portugall (dik ta' fiżjoterapista). Nissuġġerixxulek li tikkuntattja l- punt ta' kuntatt Portugiż għall-għarfien tal-kwalifiki professjonali biex issir taf dwar dan. Il- punt ta' kuntatt Belġjan għall-għarfien tal-kwalifiki professjonali jista' jikkjarifika wkoll jekk il-kwalifiki tat-taħriġ tiegħek jissodisfawx ir-rekwiżiti Portugiżi.

IVA [mdash] Ikollok terġa' tapplika fil-pajjiż l-ieħor. L-għarfien reċiproku tal-kwalifiki hu prinċipju ġenerali u jeżistu differenzi dwar kif dan japplika fil-prattika – pereżempju xi ftit jew wisq b'mod awtomatiku – dan jiddependi fuq il-professjoni kkonċernata. Ikun xi jkun il-każ meħtieġ li tapplika għall-għarfien.

L-awtoritajiet Franċiżi jeħtiġilhom prova tan-nazzjonalità tiegħek, u possibbilment ta' dokumenti oħrajn ukoll li meħtieġa minn dawk li għandhom il-kwalifiki Franċiżi bħala majjistra. F'każ ta' dubji ġustifikati huma jkunu jistgħu jirrikjedu ċertifikat ta' konformità maħruġ mill-awtoritajiet Rumeni, li jiċċertifika li l-kwalifika tiegħek hi dik koperta fid-direttiva rilevanti. Jekk l-isem tal-kwalifika tiegħek ma jikkorrispondix, ikun ukoll jeħtiġilhom ċertifikat ta' bdil ta' isem. Tista' tiġi wkoll mistoqsija biex tippreżenta ċertifikat li juri tal-anqas sena waħda ta' esperjenza professjonali – sentejn f'ċerti ċirkostanzi.

LE — L-awtoritajiet kompetenti Spanjoli għandhom jikkonfermaw li waslitilhom l-applikazzjoni tiegħek fi żmien xahar u jinformawk fl-istess waqt bid-dokumenti mitlufin. Imbagħad għandhom jieħdu deċiżjoni ġustifikata dwar l-applikazzjoni tiegħek mhux aktar tard minn 4 xhur wara. Jekk dan il-limitu ta' żmien mhux rispettat, tkun tista' ssejjaħ lis-servizzi ta' assistenza tal-UE.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali
L-aħħar verifika: 27/11/2023
Ikkondividi din il-paġna