Menu

Mistoqsijiet frekwenti - Dokumenti tal-ivvjaġġar għall-membri tal-familja li mhumiex mill-UE

Jien Svediża. Żewġi mill-Peru u jinħtieġlu viża biex jivvjaġġa fil-pajjiżi tal-UE. Nixtiequ mmorru s-Slovakkja. Għandu jħallas għall-viża? Iftaħ Agħlaq

LE - Ma għandux għalfejn, il-membri tal-familja taċ-ċittadini tal-UE jingħataw il-viżi tad-dħul bla ħlas.

Jien ċittadin ta' pajjiż li mhux fl-UE li ngħix ir-Rumanija ma’ żewġi Latvjan. X’dokumenti jkolli bżonn biex nivvjaġġa lejn il-Portugall? Iftaħ Agħlaq

Jekk għandek karta ta’ residenza bħala membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE maħruġa fir-Rumanija u qed tippjana li tivvjaġġja lejn il-Portugall, tista’ tidħol fil-Portugall sempliċiment billi tippreżenta l-passaport u l-karta ta’ residenza tiegħek. Viża mhix meħtieġa anke jekk tivvjaġġa waħdek.

Jien ċittadin ta’ pajjiż li mhux fl-UE miżżewġa lil ċittadin Irlandiż u ngħix miegħu fl-Irlanda. Jien għandi permess tar-residenza Irlandiża. Qed nippjanaw li nivvjaġġaw lejn Franza flimkien aktar tard din is-sena. Nista’ nserraħ fuq il-karta ta’ residenza Irlandiża tiegħi? Iftaħ Agħlaq

LE - Se jkollok bżonn viża biex tidħol Franza. Il-permess ta’ residenza tiegħek ġie maħruġ skont il-liġi Irlandiża u mhux skont il-liġi tal-UE peress li inti miżżewġa lil ċittadin Irlandiż u tgħix fl-Irlanda, (jiġifieri m’intix qed teżerċita d-drittijiet tat-Trattat tal-UE). Madankollu, peress li se tivvjaġġa ma’ żewġek lejn Franza, il-viża għandha tingħata malajr u bla ħlas.

Jien ċittadin ta’ pajjiż li mhux fl-UE miżżewġa lil ċittadin Grieg u ngħix miegħu fl-Italja. Dan l-aħħar ġejt promossa u r-rwol ġdid tiegħi se jinvolvi vjaġġar lejn il-Bulgarija u l-Irlanda. Biżżejjed li nuri l-karta ta’ residenza Taljana tiegħi biex nidħol f'pajjiżi oħra tal-UE? Iftaħ Agħlaq

Iva - Jekk għandek karta ta’ residenza bħala membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE, tista’ tidħol fi kwalunkwe pajjiż tal-UE sempliċiment billi tippreżenta l-passaport u l-karta ta’ residenza tiegħek. Viża mhix meħtieġa anke jekk tivvjaġġa waħdek.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 14/07/2025
Ikkondividi din il-paġna