Mistoqsijiet frekwenti - Ħaddiema stazzjonati — xogħol temporanju barra mill-pajjiż
Jien naħdem għal rasi u ma nistax insib informazzjoni dwar il-proċeduri li rrid insegwi biex nibgħat lili nnifsi naħdem barra mill-pajjiż. Fejn nista' nsibha din l-informazzjoni?
Dawn il-proċeduri jinsabu fil-Mistoqsijiet frekwenti tagħna dwar meta tibgħat lill-persunal jaħdem barra mill-pajjiż bħala dak li jħaddem jew bħala persuna li taħdem għal rasha.
Fil-pajjiż fejn intbagħatt naħdem minn dak li jħaddimni, il-kollegi tiegħi kollha jitħallsu l-paga minima. Jien ukoll għandi dritt għaliha?
IVA — kemm iddum taħdem hemm, min iħaddmek obbligat jikkonforma mar-regoli bażiċi tal-pajjiż dwar il-protezzjoni tal-impjegat. Dawn jinkludu l-paga minima, is-sigħat tax-xogħol, il-perjodi minimi ta' mistrieħ, eċċ.
Kun af aktar dwar drittijietek billi tikkuntattja l-uffiċċju ta’ kollegament ta' dak il-pajjiż għall-ħaddiema mibgħutin jaħdmu barra l-pajjiż.
X'jiġri jekk ikolli aċċident meta nintbagħat naħdem f’pajjiż ieħor tal-UE? Is-sistema tas-saħħa ta’ pajjiżi tkopri lili u lil familti?
IVA — għal sentejn, kemm jekk intbagħatt taħdem barra l-pajjiż minn dak li jħaddmek, kif ukoll jekk bgħatt lilek innifsek peress li taħdem għal rasek.
Biex tingħata l-kura medika lokalment, ikollok bżonn żewġ dokumenti:
- il-Karta Ewropea tal-assigurazzjoni tas-saħħa
- il-formola A1 (din turi li inti kopert minn pajjiżek)