Menu

Mistoqsijiet frekwenti - Informazzjoni dwar il-kuntratt

Nista' ninvoka r-regoli tal-UE jekk xtrajt oġġett minn individwu privat, li mhux kummerċjant professjonali? Open Agħlaq

LE. F'dan il-każ, tista' toqgħod biss fuq l-informazzjoni li kellek meta xtrajt l-oġġett, ir-regoli stipulati fil-kuntratt, u l-liġijiet tal-pajjiż tal-UE fejn ikun ibbażat il-kummerċjant.

Il-kamera l-ġdida li xtrajt ftit xhur ilu waqfet taħdem. Kelli nħallas ammont kbir ta' flus biex inċempel il-hotline tal-kummerċjant. Dan aċċettabbli? Open Agħlaq

LE. In-negozjanti li joperaw hotlines tal-konsumatur ta' dan it-tip mhumiex permessi li jimponu ħlas ogħla mir-rata bażika għal sejħiet bit-telefown.

Xtrajt xi softwer onlajn. Wara li ddawnlowdjajtu, skoprejt li kien inkompatibbli mal-ħardwer tiegħi. Dan kien imniżżel fuq is-sit web tal-bejjiegħ. Talbt lill-bejjiegħ għal rifużjoni. Għandi dan id-dritt? Open Agħlaq

LE. Kellek tiċċekkja s-sit web tal-bejjiegħ qabel ma ddawnlowdjat is-softwer. L-informazzjoni dwar il-kontenut diġitali trid tkun ċara dwar il-kumpatibbiltà mal-ħardwer u s-softwer u kwalunkwe miżuri ta' protezzjoni teknika, bħal meta jiġi limitat id-dritt tal-konsumatur li jagħmel kopji.

Tista' tirtira mix-xiri ta' kontenut diġitali - bħal dawnlowds ta' mużika jew vidjows - sakemm ma tkunx bdejt tiddawnlowdjahom.

Fejn nista' nikseb l-għajnuna jekk ma nirċevix tweġiba sodisfaċenti minn kummerċjant ibbażat f'pajjiż ieħor tal-UE? Open Agħlaq

Tista' tikkuntattja liċ- ECC-net lokali tiegħek, jew dak fil-pajjiż minn fejn xtrajt l-oġġett. In-netwerk FIN-NET jipprova jinkuraġġixxi riżoluzzjoni barra mill-qorti għal tilwim finanzjarju li jinvolvi aktar minn pajjiż wieħed tal-UE.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 20/11/2023
Ikkondividi din il-paġna