Kalkolatur tal-prezzijiet tal-konsenja tal-pakketti
Se tibgħat pakkett fl-UE? Uża din l-għodda biex tara liema huma s-servizzi disponibbli għall-konsenja tal-pakketti. L-ittri u l-korrispondenza ta’ daqs standard mhumiex koperti – fl-għodda hemm inklużi biss il-pakketti li jiżnu anqas minn 5kg. Il-prezzijiet huma indikati mingħajr VAT.
Id-data kollha hija pprovduta minn kumpaniji fl-UE li jipprovdu servizzi ta’ konsenja transfruntiera tal-pakketti.
Twissija
Dejjem għandek tiċċekkja l-offerta tal-prezz finali mal-kumpanija tal-konsenja tal-pakketti, billi l-prezz eżatt tagħha għandu mnejn ikun jeħtieġ informazzjoni preċiża bħall-kodiċi postali fil-pajjiż li fih se jasal il-pakkett. L-informazzjoni dwar il-prezzijiet tiġi aġġornata kull sena fil-31 ta’ Marzu.