Menu

Mistoqsijiet frekwenti - Drittijiet tal-passiġġieri tal-vapuri

Ibbukkjajt mini-cruise fuq il-Lag ta' Como li kien skedat li jdum tliet sigħat. L-eskursjoni ġiet ikkanċellata biss siegħa qabel ma kellha titlaq. Għandi dritt għal kumpens minħabba l-kanċellazzjoni? Iftaħ Agħlaq

LE - peress li din kienet eskursjoni turistika li mhix koperta mir-regoli tal-UE.

Il-familja tiegħi u jien konna qed nivvjaġġaw minn Roscoff għal Rosslare iżda t-tluq tal-vapur ġie mdewwem għal tmienja u erbgħin siegħa minħabba problema bil-magna. Sibna akkomodazzjoni f'lukanda qrib iżda l-kumpanija tat-tbaħħir irrimborżatna biss €80 għal kull lejl għal kull persuna. Kellna nħallsu ħafna aktar minn hekk. Il-kumpanija tat-tbaħħir hi obbligata tirrimborża l-ammont sħiħ tal-akkomodazzjoni tagħna? Iftaħ Agħlaq

LE - il-kumpanija tat-tbaħħir tista' tillimita l-ispejjeż ta' akkomodazzjoni għal €80 għal kull persuna għal kull lejl.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 15/01/2026
Ikkondividi din il-paġna