Menu

Mistoqsijiet u tweġibiet – Ħaddiema – drittijiet ta’ residenza

Ili aktar minn 5 snin naħdem legalment f’pajjiż ieħor tal-UE. L-awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż għadhom jistgħu jitolbuni prova li naħdem hemm meta nġedded iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tiegħi? Iftaħ Agħlaq

LE - Wara 5 snin int intitolat awtomatikament għal residenza permanenti fil-pajjiż il-ġdid tiegħek. M’għandekx għalfejn iġġedded iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tiegħek iżda trid tapplika għal dokument ta’ residenza permanenti, li jikkonferma li għandek id-dritt toqgħod hemm anki jekk ma taħdimx jew jekk għandek bżonn l-għajnuna finanzjarja.

Jien insiefer fuq xogħol f’pajjiż ieħor tal-UE diversi drabi fis-sena, u kull darba li mmur ma noqgħodx hemm aktar minn ġimgħa. Irrid insegwi xi formalitajiet? Iftaħ Agħlaq

LE - Jekk kull darba toqgħod hemm anqas minn 3 xhur, l-unika formalità li tista’ ssegwi hi li tirrapporta l-preżenza tiegħek, jekk meħtieġ mill-pajjiż.

Jien naħdem għal rasi u m’ilux mort ngħix f’pajjiż ieħor tal-UE. Fl-ewwel 3 xhur m’iniex obbligat li nirreġistra ruħi hemm. Nista' nibda naħdem qabel ma nirreġistra? Iftaħ Agħlaq

IVA - Tista’ taħdem, għandek jew m’għandekx ċertifikat ta' reġistrazzjoni.

Jien Taljan(a) li qed naħdem fuq proġett, u ntbagħatt il-Belġju għal 7 xhur, li se jispiċċaw 3 xhur oħra. Qed ngħix fl-appartament tas-sieħeb/sieħba tiegħi (bla ħlas). Jien eżentat(a) mir-reġistrazzjoni obbligatorja fil-Belġju peress li m’għandix kuntratt tal-kiri u ma nħallasx il-kontijiet tad-dawl u l-ilma hemm? Iftaħ Agħlaq

LE - Xorta trid tirreġistra mill-aktar fis possibbli. Fil-Belġju dan hu obbligatorju għaċ-ċittadini tal-UE kollha li jgħixu hemm aktar minn 3 xhur. Ma tistax titkeċċa jekk ma tirreġistrax, iżda tista' tingħata multa.

Jien Awstrijak(a) u offrewli xogħol part-time u mhux imħallas tajjeb f’pajjiż ieħor tal-UE. L-awtoritajiet lokali jistgħu jiċħduli d-dritt li nibqa' hemm? Iftaħ Agħlaq

LE - Sakemm tkun tista’ turi li xogħlok hu veru u attività ekonomika ġenwina, għandek id-dritt ta’ residenza fil-pajjiż fejn taħdem. Bħala ħaddiem(a) bi dħul baxx, għandek l-istess dritt għall-għajnuna soċjali bħall-ħaddiema nazzjonali bi dħul baxx. Ma tistax tiċċaħħad mid-dritt ta’ residenza tiegħek għaliex m’għandekx biżżejjed riżorsi biex tieħu ħsieb lilek innifsek u lill-membri tal-familja li jiddependu minnek. L-istess regoli japplikaw jekk int ħaddiem(a) li taħdem għal rasek u għandek attività li ma tiġġenerax biżżejjed dħul.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 30/09/2026
Ikkondividi din il-paġna