Menu

Mistoqsijiet frekwenti - Dokumenti tal-ivvjaġġar għaċ-ċittadini tal-UE

Jien Portugiż u s-sajf li ġej sejjer Ċipru għal btala. Nista' nuża l-liċenżja tas-sewqan flok il-karta tal-identità mal-fruntiera? Iftaħ Agħlaq

LE - Liċenzja tas-sewqan mhix dokument tal-ivvjaġġar. Se jkollok bżonn karta tal-identità nazzjonali jew passaport validu.

F’liema ċirkostanzi nista', bħala ċittadin tal-UE, niġi miċħud id-dħul f’pajjiż ieħor tal-UE? Iftaħ Agħlaq

Tista’ tiġi miċħud id-dħul f’pajjiż Ewropew ieħor jekk tippreżenta theddida serja għall-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika. L-awtoritajiet iridu jagħtu prova li int jew il-membri tal-familja tiegħek tippreżentaw "theddida ġenwina, preżenti u serja biżżejjed". Int intitolat li tingħata din id-deċiżjoni bil-miktub, fejn ikunu ddikjarati r-raġunijiet kollha, u li fiha jiġi speċifikat kif tista' tappella u ż-żmien li għandek biex tkun tista' tagħmel dan.

X’nista’ nagħmel jekk d-dritt tiegħi li nidħol f’pajjiż ieħor tal-UE jkun miċħud fil-punt ta’ dħul? Iftaħ Agħlaq

Jekk id-dritt tiegħek li tidħol f’pajjiż ieħor tal-UE jiġi miċħud, għandek tikkuntattja l-ambaxxata jew il-konsulat ta’ pajjiżek fil-pajjiż fejn tixtieq tidħol.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 10/06/2025
Ikkondividi din il-paġna