Menu

Mistoqsijiet frekwenti - Studju f'pajjiż ieħor u opportunitajiet ta' boroż ta' studju.

X'għandi nkun naf qabel ma jinbeda skambju tal-istudenti? Open Agħlaq

L-aktar punti importanti li għandhom jiġu kkunsidrati huma :
  • Il-miżati għat-tagħlim - jew ma jkollokx għalfejn tħallas, jew dawn ikunu verament baxxi
  • It-tul tal-istudji - l-ammont massimu ta' ħin li tista' ddum tistudja fl-istituzzjoni li tospitak qabel ma jkollok tirritorna lejn l-isituzzjoni ta' pajjiżek
  • L-applikazzjoni - trattata minn koordinatur fl-istituzzjoni f'pajjiżek, li joħroġ il-formoli li għandek bżonn u jippreżentahom, u ieħor fl-istituzzjoni ospitanti
  • Il-kwota - l-għadd ta' postijiet miftehma bejn l-istituzzjoni ta' pajjiżek u l-istituzzjoni ospitanti. Xi istituzzjonijiet jista' jkollhom aktar applikazzjonijiet milli postijiet ta' studju disponibbli, għalhekk tkun trid telenka aktar minn istituzzjoni waħda fl-applikazzjoni tiegħek.
  • Ir-rikonoxximent tal-istudji - qabel ma titlaq, iffirma " ftehim ta' tagħlim" biex l-istituzzjoni ta' pajjiżek tirrikonoxxi l-korsijiet li tkun lestejt u l-marki li tingħata. Dan jiffrankalek studju żejjed u eżamijiet fl-università f'pajjiżek.
Fi tmiem taż-żjara tiegħek, l-università ospitanti għandha toħroġlok dokument imsejjaħ " traskrizzjoni tar-rekords" li tikkonferma l-programm li għamilt u r-riżultati tiegħek.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

L-aħħar verifika: 21/06/2024
Ikkondividi din il-paġna