Menu

Mistoqsijiet frekwenti - Għarfien tal-kwalifiki akkademiċi

Jien qed naħdem biex il-lawrja tiegħi minn università Olandiża tkun rikonoxxuta fi Spanja. Il-Ministeru Spanjol tal-Edukazzjoni talabni biex nipprovdi konferma li l-università Olandiża tiegħi ssegwi l-proċess ta' Bolonja. Ħsibt li s-Suppliment tad-Diploma se jkun biżżejjed, iżda l-awtoritajiet Spanjoli qed jgħidu li le. Open Agħlaq

Is-Suppliment tad-Diploma huwa mfassal biex jgħinek tingħata r-rikonoxximent għal-lawrja tiegħek, iżda ma jistax jiggarantixxi dan. Jekk jiddikjara li l-università tiegħek tuża l-ECTS (is-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta' Krediti) - inizjattiva taħt il-proċess ta' Bolonja - dan jista' jikkontribwixxi ħafna sabiex jikkonvinċi l-Ministeru Spanjol tal-Edukazzjoni.

Ibni lesta l-ewwel sentejn ta' kors universitarju fil-farmaċija fl-Ungerija, iżda ma kienx spiċċa l-istudji tiegħu. Issa huwa jixtieq ikompli jistudja l-Bulgarija. Jista' jittrasferixxi l-krediti li kiseb? Mill-Università ta' Sofia qalulu li dan mhux possibbli għaliex ilu aktar minn 5 snin li għamel l-eżamijiet fl-Ungerija. Hemm limitu ta' żmien? Open Agħlaq

Huwa f'idejn l-università Bulgara li tiddeċiedi dan. M'hemmx regoli tal-UE li jobbligaw lill-universitajiet jirrikonoxxu l-krediti tal-ECTS. Is-sistema Ewropea dwar it-Trasferiment ta' Krediti hija l-idea tal-Kunsill tal-Ewropa, organizzazzjoni internazzjonali separata.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

L-aħħar verifika: 21/06/2024
Ikkondividi din il-paġna