Menu

Mistoqsijiet frekwenti - Servizzi tal-linja tat-telefown fissi

Ngħix fl-Iżvezja u nixtieq inċempel lil ħabib fid-Danimarka. Din it-telefonata hija telefonata bir-roaming, jew jien inħallas għal telefonata internazzjonali? Open Agħlaq

Meta ċċempel lil pajjiż ieħor minn pajjiżek, din titqies bħala telefonata internazzjonali, jew bħala telefonata intra-UE. Inti kklassifikat biss bħala roaming meta tuża t-telefon ċellulari tiegħek barra minn pajjiżek.

Fil-każ tiegħek, meta ċċempel lil sieħbek fid-Danimarka, ikollok tħallas għal telefonata intra-UE - li tiswa massimu ta' €0.19 il-minuta (+VAT). Dan il-limitu japplika għat-telefonati kollha intra-UE li tagħmel - kemm mil-linja fissa tiegħek kif ukoll mill-mobile f'pajjiżek, lejn linja fissa jew mobile f'pajjiż ieħor tal-UE.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 13/06/2022
Ikkondividi din il-paġna