Ivvjaġġar u COVID: regoli għal ivvjaġġar sikur
Biex jiġi żgurat ivvjaġġar sikur, il-pajjiżi tal-UE qablu dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu b’reazzjoni għall-pandemija tal-coronavirus. Ir-regoli tal-UE issa jqisu l-istatus COIVD-19 tiegħek kif muri minn Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE validu. Tista’ ssib informazzjoni speċifika hawn taħt dwar l-ivvjaġġar u l-miżuri tas-saħħa fil-pajjiżi tal-UE, kif ukoll dettalji ta’ kwalunkwe regola speċjali fis-seħħ. Iċċekkja l-miżuri speċifiċi li jistgħu japplikaw fil-pajjiż li qed tippjana li żżur jew li se tagħmel tranżitu fih.
Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE
Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jiffaċilita l-moviment liberu sikur taċ-ċittadini u r-residenti tal-UE meta jivvjaġġaw fl-UE. L-awtoritajiet nazzjonali fil-pajjiżi tal-UE huma responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati COVID Diġitali tal-UE, li huma rikonoxxuti fil-pajjiżi kollha tal-UE.
Ara wkoll:
FAQs - Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, it-tilqim u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar