Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 10/2012
Fl-UE int intitolat għal servizzi bażiċi, mhux għaljin u ta' kwalità tajba, fornuti f'darek.
Dan ifisser li jrid ikun hemm għall-inqas fornitur wieħed tas-servizz f'pajjiżek li jista' jagħmel dan. Skont il-liġi tal-UE, dan l-operatur huwa magħruf bħala l-"fornitur tas-servizz universali".
Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali
English f'pajjiżek. Iqabbduk mal-fornitur tas-servizzi universali.
Jack mar jgħix f'żona maqtugħa fil-kampanja Skoċċiża u xtaq li jkollu aċċess għall-internet f'daru hemm. Wara li bosta kumpaniji qalulu li n-netwerks tagħhom ma jkoprux din iż-żona, skopra min kien il-fornitur tas-servizzi universali fl-Iskozja. Ikkuntattja din il-kumpanija li fornietu b'konnessjoni tal-internet.
Jekk inti utent b'diżabilità, għandek dritt għal għażla ta' fornituri u servizzi ekwivalenti għal dawk li jgawdu ħafna konsumaturi.
Għandek mnejn tkun ukoll eleġibbli għal apparat speċjali għall-aċċess mingħand il-foritur tas-servizz tiegħek - bħal softwer biex tara aħjar jew qarrej tal-iskrin, jekk inti nieqes mid-dawl.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali
English jistgħu jkunu jistgħu jipprovduk b'aktar dettalji dwar dawn id-drittijiet tal-aċċess.
Véronique, minn Franza, għandha problemi biex tara u teħtieġ għajnuna speċjali biex taqra l-websajts.
Fuq parir ta' ħabiba, ikkuntattjat il-fornitur tas-servizzi universali fi Franza biex tistaqsi dwar qarrej tal-iskrin. Il-fornitur ipprovda s-softwer li kellha bżonn Véronique.
Id-dejta personali tiegħek trid tkun protetta b'mod xieraq.
Għandek dritt:
Biex tiskopri eżatt kif id-dejta tiegħek hija mħarsa, staqsi lill-awtorità nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta
English.
Maria minn Spanja tqatta' ħafna ħin tiċċettja mal-ħbieb fuq l-internet. Imma wara li rat ċertu stejjer fuq l-aħbarijiet, qabdet tinkwieta li l-fornitur tas-servizzi tagħha jista' jkun qed jaralha l-messaġġi.
Ħarsa ta' malajr fuq il-websajt tal-awtorità Spanjola tal-protezzjoni tad-dejta assikurat lil Maria dwar id-dritt tal-kunfidenzjalità tagħha meta tkun onlajn, dak li seta u ma setax jagħmel il-fornitur bid-dejta personali tagħha, u kwistjonijiet prattiċi oħra bħall-użu tal-cookies.