Mogħdija tan-navigazzjoni

Aċċess għall-finanzi

Aġġornat 05/2013

Access to EU finance

Dan is-sit jgħinek tapplika għall-finanzi appoġġjati mill-Unjoni Ewropea. Aċċess għal finanzjament tal-UE, ikklikkja pajjiżek biex tillokalizza banek jew fondi ta' kapital ta' riskju li jipprovdu finanzi appoġġjati mill-UE:

Access to EU finance

Aċċess għall-Finanzi tal-UE

L-Unjoni Ewropea (UE) tappoġġa lil intraprendituri u lil negozji b'firxa wiesgħa ta' programmi tal-UE (2007-2013) li jipprovdu flus b'self, garanziji, kapital ta' riskju, u finanzjament b'ekwità ieħor. Dawn l-istrumenti finanzjarji huma ġestiti minn intermedjarji finanzjarji bħal banek, fondi ta' kapital ta' riskju u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn.

Kif jaħdem

Id-deċiżjoni li jagħti self, garanzija jew kapital ta' riskju/ finanzjament b'ekwità tittieħed mill-istituzzjoni finanzjarja lokali. Il-kundizzjonijiet ta' finanzjament eżatti -l-ammont, it-tul ta' żmien, ir-rati ta' imgħax u d-drittijiet- jiddependu fuq l-istituzzjoni finanzjarja.

How it works

Il-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni

  • jipprovdi garanziji sabiex tiżdied il-provvista tal-finanzjament tad-dejn lill-SMEs
  • tiżdied il-provvista tal-ekwità għall-SMEs

http://ec.europa.eu/cip/index_mt.htm

Il- Fondi Strutturali jtejbu l-provvista tal-flus b'self, il-garanziji, il-kapital ta' riskju/ekwità jew għotjiet għall-SMEs. L-Istati Membri jistgħu jużaw parti mill-allokazzjoni tal-Programm(i) Operattiv(i) kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-Fond Soċjali Ewropew għal dan il-għan.
http://ec.europa.eu/regional_policy/thefunds/instruments/jeremie_mt.cfm

Mikrofinanzjament għall-Progress iżid id-disponibilità ta' mikroself (sa € 25 000), inkluż għal gruppi żvantaġġati u mhux irrappreżentanti biżżejjed, sabiex jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriża (b'inqas minn 10 impjegati).
http://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=mt&catId=836

Is-7 Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku

Il-Faċilità għall-Qsim tar-Riskju Finanzjarju ttejjeb l-aċċess għal finanzjament ta' djun għal kumpaniji privati u pubbliċi li jkunu qed iwettqu proġetti ta' R&Ż u ta' innovazzjoni. Għandha fil-mira tagħha primarjament lil kumpaniji innovattivi ta' daqs medju u kbar.
http://www.eib.org/products/rsff/index.htm?lang=en& English

Tinkludi wkoll Strument għall-Qsim tar-Riskju sabiex iżżid il-provvista ta' finanzjament ta' djun lill-SMEs u lil mid-caps żgħar (kumpaniji b'inqas minn 500 impjegat) li għandhom potenzjal innovattiv jew li jiffokaw fuq ir-R&Ż u l-innovazzjoni.
http://www.eif.org/what_we_do/guarantees/RSI/index.htm English

Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment

Il-Bank Ewropew tal-Investiment huwa istituzzjoni ta' finanzjament fit-tul tal-Unjoni Ewropea. Itejjeb l-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs bħala parti mill-appoġġ tiegħu għat-tkabbir u għall-impjiegi fl-Ewropa.
http://www.eib.org/projects/topics/sme/index.htm English

Il-Fond Ewropew tal-Investiment huwa parti mill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-missjoni ewlenija tiegħu hija li jappoġġa lil negozji mikro u lil negozji żgħar u ta' daqs medju.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment jamministra firxa wiesgħa ta' strumenti finanzjarji tal-UE li jingħataw permezz ta' intermedjarji finanzjarji bħal banek, fondi ta' ekwità u permezz ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn.
http://www.eif.org/EIF_for/sme_finance/index.htm English

Aċċess dirett għal kull sejħiet miftuħa għal proposti ppubblikati mill-Kummissjoni (fosthom, ħafna speċifiċi għall-SMEs programmi).
http://ec.europa.eu/contracts_grants/index_mt.htm