Mogħdija tan-navigazzjoni

Għeluq ta' negozju

Intraprenditur jista' jiddeċiedi li jittermina n-negozju għal numru ta' raġunijiet differenti:

  • irtirar - it-trasferiment tas-sjieda hu kumpless u għandu jkun pjanat sew bil-quddiem qabel jasal l-irtirar iżda, jekk kumpanija għandha preżenza stabbilita fis-suq, is-sid għandu jikkunsidra li jgħaddieha lil ħaddieħor, għax b'hekk il-kumpanija ma titlifx dak li tkun kisbet, b'mod speċjali ħiliet u impjiegi.                  
  • għeluq volontarju - l-intraprendituri sempliċiment jiddeċiedu li jagħlqu n-negozju tagħhom u għaldaqstant għandhom isegwu l-proċeduri nazzjonali rilevanti.                  
  • falliment - xi kultant in-negozji jkunu mġiegħla ma jibqgħux fin-negozju. Jista' jkun għax ma jkunux kapaċi jaddattaw għall-bidliet kontinwi li huma parti integrali mill-ħajja tal-kummerċ - żieda fil-kompetizzjoni globali, prodotti ġodda fis-suq, teknoloġiji ġodda - jew minħabba avvenimenti mhux prevedibbli, bħal nuqqas ta' suċċess ta' klijent ewlieni.                  

Sabiex jitnaqqas it-telf għal dawk kollha kkonċernati, hu essenzjali li tittieħed azzjoni minn kmieni - jew billi tiġi pjanata strateġija ta' salvataġġ jew deċiżjoni ta' likwidazzjoni.

Il-falliment m'għandux iżomm lura intraprendituri onesti milli jerġgħu jibdew mill-ġdid. Ħafna minn dawk li jerġgħu jibdew mill-ġdid jitgħallmu mill-iżbalji tagħhom u n-negozji l-ġodda ħafna drabi jagħmlu iżjed suċċess minn ta' ħaddieħor.