Mogħdija tan-navigazzjoni

Ipprintja din il-paġna

Aġġornat : 29/06/2012

Formoli utli għad-drittijiet tas-sigurtà soċjali

Formoli preċedenti tal-benefiċċji (jew sigurtà soċjali)

F'Mejju 2010 daħlet fis-seħħ riforma ewlenija tal-liġi Ewropea tas-sigurtà soċjali. B'din ir-riforma, il-formoli E, li intużaw għal bosta snin minn persuni li ċċaqalqu fi ħdan l-UE, ma baqgħux jeżistu.

Formoli simplifikati ġodda ħadu post il-formoli E iżda fil-prattika, xi awtoritajiet nazzjonali għadhom jaħdmu bil-formoli E għal perjodu tranżizzjonali.

Formola

Għan

Awtorità emittenti u użu

E 101

Dikjarazzjoni ta' leġiżlazzjoni applikabbli. Utli biex turi li ħallast il-kontribuzzjonijiet soċjali f'pajjiż ieħor tal-UE — jekk int issekondat barra minn pajjiżek jew taħdem f'pajjiżi differenti fl-istess ħin.

Ikkuntattja uffiċċju nazzjonali ta' kollegament biex issib liema awtorità tista' toħroġ dan id-dokument.

E 102

Awtorizzazzjoni biex ittawwal il-perjodu ta' xogħol issekondat. Utli meta x-xogħol li għandu jsir jieħu iktar minn 12-il xahar.

Ikkuntattja uffiċċju nazzjonali ta' kollegament biex issib liema awtorità tista' toħroġ dan id-dokument fil-pajjiż fejn taħdem normalment.

E 104

Rekord tal-perjodi kollha ta' xogħol, kontribuzzjonijiet u residenza fl-istess pajjiż. Jagħti lill-ħaddiema migranti u ħaddiema li jgħixu f'pajjiż iżda jaħdmu f'ieħor (ħaddiema transkonfinali) aċċess għall-assigurazzjoni tas-saħħa f'pajjiż li jitlob ir-rekords tal-perjodi ta' xogħol.

Awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa.

Ibagħtu lil awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż fejn taħdem.

E 106

Ċertifikat ta' intitolament għall-kura tas-saħħa jekk ma tgħix fil-pajjiż fejn int assigurat. Utli għall-ħaddiema li jgħixu f'pajjiż u jaħdmu f'ieħor, l-uffiċjali ċivili u d-dipendenti tagħhom.

Awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa

Ibagħtu lil awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż fejn tgħix.

E 109

Ċertifikat ta' intitolament għall-kura tas-saħħa għad-dipendenti li ma jgħixux fil-pajjiż fejn taħdem. Utli għall-ħaddiema migranti li l-familji tagħhom baqgħu jgħixu fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom.

Awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa

Id-dipendenti tiegħek għandhom jibagħtuh lil awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż fejn jgħixu

E 112

Awtorizzazzjoni biex tikseb kura medika ppjanata f'pajjiż ieħor tal-UE jew tal-EFTA. Għandek tiġi trattat bl-istess mod bħar-residenti ta' dak il-pajjiż - għandu mnejn ikollok tħallas perċentwal tal-ispejjeż bil-quddiem.

Awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa

Ibgħatha lil awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż fejn sejjer għall-kura.

E 116

Rapport mediku relatat mal-inkapaċità li taħdem (lif tal-mard jew lif tal-maternità).

Jinħareġ minn tabib mill-awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż fejn taħdem, u mibgħut lill-awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek.

E 121

Ċertifikat ta' intitolament lil pensjonant għall-kura tas-saħħa jekk ma tgħix fil-pajjiż fejn int assigurat.

Awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa

Ibagħtu lil awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż fejn tgħix.

E 301

Dikjarazzjoni ta' perjodi ta' assigurazzjoni li jridu jitqiesu meta jiġi kkalkulat il-benefiċċju tal-qgħad.

Is-servizz pubbliku tax-xogħol fl-aħħar pajjiż(i) fejn ħdimt.

Ibgħatha lis-servizz nazzjonali tax-xogħol fil-pajjiż fejn tixtieq tapplika għall-benefiċċju.

E 303

Awtorizzazzjoni biex tesporta l-benefiċċji tal-qgħad.

Is-servizz nazzjonali tax-xogħol fil-pajjiż fejn tlift xogħlok.

Ibgħatha lis-servizz pubbliku tax-xogħol fil-pajjiż fejn qed tfittex xogħol.

E 303/5

Dikjarazzjoni tal-benefiċċji li rċevejt barra minn pajjiżek (parti mill-formola E 303). Fiha informazzjoni importanti dwar id-drittijiet / l-obbligi tiegħek meta tesporta l-benefiċċji tal-qgħad tiegħek. Tippermetti lis-servizzi nazzjonali tax-xogħol fil-pajjiż fejn qed tfittex xogħol biex jiddikjaraw kemm benefiċċji rċevejt mingħandhom, jekk tmur lura fil-pajjiż fejn tlift xogħlok.

Is-servizz nazzjonali tax-xogħol fil-pajjiż fejn tlift xogħlok.

Ibgħatha lis-servizz pubbliku tax-xogħol fil-pajjiż fejn qed tfittex xogħol.

E 401

Dikjarazzjoni tal-kompożizzjoni tal-familja tiegħek għall-kalkolu tal-benefiċċji tal-familja mill-pajjiż kompetenti. Utli għall-ħaddiema migranti li l-familji tagħhom baqgħu jgħixu fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, jew għall-ħaddiema li jgħixu f'pajjiż u jaħdmu f'ieħor.

Tinħareġ mill-pajjiż fejn tgħix il-familja tiegħek.

Ibgħatha lill-awtoritajiet tal-benefiċċji tal-familja fil-pajjiż fejn taħdem.

Footnote

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.