Ikun hemm ċelebrazzjonijiet differenti bħala parti mill-20 Anniversarju ta' ERASMUS, li jinvolvu studenti u ex-studenti kif ukoll dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-qasam ta' l-edukazzjoni.
iktar
F'ġieħ il-50 anniversarju mit-Trattat ta' Ruma, il-Europocket TV jippreżenta l-ewwel konkors tiegħu miftuħ għaż-żgħażagħ kollha Ewropej ta' talent: EPK+50.
iktar
Opportunitajiet ugwali għal kulħadd fl-edukazzjoni u l-impjieg
Bħala parti minn sforz biex jiġu promossi l-ugwaljanza u t-tneħħija tad-diskriminazzjoni fl-UE, l-2007 issemmiet 'is-Sena Ewropea ta' l-Opportunitajiet Ugwali għal Kulħadd'. Din il-konferenza tiċċelebra għeluq il-50 sena ta' l-UE u tqajjem l-għarfien pubbliku dwar l-importanza ta' l-ugwaljanza fl-edukazzjoni u l-impjieg.
iktar
Konferenza 22/03/07 > 23/03/07
Firenze u Ruma - L-Italja
Ċelebrazzjoni parlamentari internazzjonali tal-50 anniversarju mit-Trattati ta’ Ruma
Il-President tas-Senat, is-Sur Franco Marini, u l-President tal-Kamra tad-Deputati, is-Sur Fausto Bertinotti, stiednu lil Presidenti tal-Parlamenti tal-pajjiżi ta' l-UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Parlamenti tal-pajjiżi kandidati - biex jipparteċipaw f'serje ta' avvenimenti li se jsiru f'Firenze u Ruma fit-22 u t-23 ta' Marzu 2007, rispettivament.
iktar
oħrajn 22/03/07 > 23/03/07
Ruma - L-Italja
Ir-reġjuni ta' l-Ewropa jiċċelebraw għeluq snin l-UE!
Biex jikkommemora l-50 anniversarju mit-Trattat ta' Ruma, il-Kumitat tar-Reġjuni se jtella' d-69 sessjoni plenarja tiegħu f'Ruma fit-22 u t-23 ta' Marzu.
iktar
Vidjows u ritratti
oħrajn 24/03/07 > 25/03/07
Berlin - Il-Ġermanja
Berlin se tospita samit informali ta' l-UE
Il-mexxejja ta' l-UE se jiltaqgħu f'Berlin nhar l-24 u l-25 ta' Marzu sabiex jiċċelebraw il-50 anniversarju ta' l-UE. Matul din il-laqgħa mistennija ssir dikjarazzjoni politika dwar il-valuri u l-ambizzjonijiet ta' l-Ewropa għall-ġejjieni. L-avveniment se jixxandar fuq l-internet mit-10:30 ta' filgħodu sas-15.00 ta' wara nofsinhar nhar il-Ħadd 25 ta' Marzu.
iktar
Samit taż-Żgħażagħ: L-Ewropa Tiegħek, il-Futur Tiegħek
Żgħażagħ mill-pajjiżi kollha ta' l-UE se jiltaqgħu f'Ruma biex jiddiskutu kwistjonijiet ewlenin għall-ġejjieni ta' l-Ewropa. Dawn jinkludu l-globalizzazzjoni, il-ħarsien ta' l-ambjent, il-mudell soċjali u ekonomiku Ewropew u oħrajn. Is-Summit taż-Żgħażagħ se jittella' fl-istess waqt tal-laqgħa tal-Kapijiet ta' l-Istat u tal-Gvern f'Berlin.
iktar
Ta' kull sena, il-programm "Euroscola" jiġbed gruppi ta' viżitaturi magħmulin minn studenti tas-sekondarja mill-pajjiżi membri kollha ta' l-UE biex iżuru l-Parlament Ewropew fi Strasbourg. L-għan ta' l-Euroscola hu li jipprovdi liż-żgħażagħ Ewropej b'ħarsa lejn il-ħidma u r-rwol tal-Parlament Ewropew.
iktar
Konferenza 26/03/07
Il-Lussemburgu - Il-Lussemburgu
Il-Ħamsin Anniversarju tat-Trattati ta' Ruma
Simpożju fuq l-influwenza tad-dritt nazzjonali u tal-ġurisprudenza tal-qrati ta' l-Istati Membri fuq l-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju
iktar
żgħażagħ 26/03/07 > 30/06/07
Fl-iskejjel madwar l - Il-pajjiżi membri u kandidati ta' l-UE
Jum ir-Rebbiegħa għall-Ewropa
Jum ir-Rebbiegħa għall-Ewropa huwa inizjattiva mmirata biex tħeġġeġ id-dibattitu, id-diskussjoni u r-riflessjoni fost l-istudenti tal-primarja u tas-sekondarja, dwar il-prinċipji, il-kisbiet u l-futur ta' l-UE. It-tema għal din is-sena se tkun "Flimkien mill-1957: l-iskejjel jiċċelebraw l-Ewropa"..
iktar
Skejjel madwar l-Ewropa - Il-pajjiżi kollha ta' l-UE
Id-9 ta' Mejju Jum l-Ewropa fl-iskejjel
Fid-9 ta' Mejju l-iskejjel ta' l-Ewropa jiċċelebraw Jum l-Ewropa billi jorganizzaw taħditiet dwar l-għajnuna esterna ta' l-UE u l-politika ta' l-iżvilupp tal-kooperazzjoni. Uffiċjali ta' l-UE u esperti ser iżuru l-iskejjel u jieħdu sehem fid-diskussjonijiet ma' l-istudenti u l-għalliema, u jwieġbu l-mistoqsijiet tagħhom.
iktar
Fl-iskejjel madwar l-Ewropa kollha - Il-pajjiżi kollha ta' l-UE
Ittraduċi u rbaħ!
Tradutturi Żgħażagħ – konkors oriġinali sabiex niskopru l-aqwa tradutturi żgħażagħ ta' l-Unjoni Ewropea
iktar
żgħażagħ 03/09/07 > 31/12/07
Il-pajjiżi kollha ta' l-UE
50 Sena Flimkien fid-Diversità
Il-European Schoolnet u l-Mużew ta' l-Ewropa jistieden timijiet ta' studenti mill-14 sa l-20 sena biex jipparteċipaw f'kompetizzjoni, esperjenza ta' xogħol f'tim u jesprimu ideat u ħsibijiet dwar il-50 sena li jmiss fl-UE, filwaqt li jħarsu lura lejn xi ksibna mill-1957!
iktar
żgħażagħ 24/09/07 > 29/09/07
L-Istati Membri kollha ta' l-UE
L-Ewwel Impjieg Barra minn Pajjiżek
50 ħaddiem Ewropew se jiġu offruti impjieg bi kwalifika barra minn pajjiżhom bis-saħħa ta' avveniment organizzat mill-EURES, li huwa l-portal Ewropew iddedikat lill-mobilità ta' l-impjiegi.
iktar
oħrajn 24/09/07 > 29/09/07
L-Istati Membri kollha ta' l-UE
Jiem l-impjiegi ewropej - 2007
Noħolqu l-impjiegi u nżidu l-mobilità tal-ħaddiema fl-UE – il-Kummissjoni Ewropea tniedi "Jiem l-Impjiegi Ewropej – 2007".
iktar
Festival 03/10/07 > 03/02/08
Brussell, bliet Belġjani oħra u pajjiżi ġirien - Il-Belġju
Europalia.europa
Tul erba' xhur, Europalia se jenfasizza d-diversità kulturali tas-27 pajjiż ta' l-UE permezz ta' mużika, teatru, żfin, films u letteratura. Xogħolijiet kbar ta' l-arti se jiġu ppreżentati fi Brussell, fil-Belġju kollu u fil-pajjiżi viċini.
iktar
Mill-1988 'l hawn, il-Parlament Ewropew jagħti l-Premju Sakharov lill-persuni jew għaqdiet impenjati fil-ġlieda kontra l-oppressjoni, l-intolleranza u l-inġustizzja b'appoġġ għar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija madwar id-dinja.
iktar