Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > Madwar l-Ewropa
Madwar l-EwropaFil-pajjiżi ta' l-UEMadwar id-dinjaKalendarjuTipi ta' avvenimenti

Jum ir-Rebbiegħa għall-Ewropa

L-iskejjel isemmgħu leħinhom

żgħażagħ
Dati: 26/03/07 > 30/06/07
Post: Fl-iskejjel madwar l-Ewropa kollha
Pajjiż: Il-pajjiżi membri u kandidati ta' l-UE
Parteċipanti: Skejjel, uffiċjali ta' l-UE, personalitajiet u esperti nazzjonali u reġjonali
Organizzatur: Il-Kummissjoni Ewropea bil-kooperazzjoni ta' l-Istituzzjonijiet u l-entitajiet kollha ta' l-UE
Aktar informazzjoni: http://www.springday2007.net/
EUN  Partnersership – European Schoolnet:
Santi Scimeca (00 32) 2 790 75 50;
DĠ Komunikazzjoni – Prioritajiet ta' Ppjanar ta' Komunikazzjoni:
Ariane Moret (00 32) 2 299 87 21
Jum ir-Rebbiegħa għall-Ewropa

Jum ir-Rebbiegħa għall-Ewropa huwa inizjattiva mmirata biex tħeġġeġ id-dibattitu, id-diskussjoni u r-riflessjoni fost l-istudenti tal-primarja u tas-sekondarja, dwar il-prinċipji, il-kisbiet u l-futur ta' l-UE. It-tema għal din is-sena se tkun "Flimkien mill-1957: l-iskejjel jiċċelebraw l-Ewropa"..

Jum ir-Rebbiegħa għall-Ewropa huwa opportunità unika sabiex it-tfal u ż-żgħażagħ jitgħallmu dwar kwistjonijiet Ewropej filwaqt li jsemmgħu leħenhom billi jaqsmu l-viżjoni Ewropea tagħhom ma' esperti u personalitajiet ta' l-UE.

L-edizzjoni ta' Jum ir-Rebbiegħa ta' din is-sena, li tibni fuq is-suċċess tas-snin l-imgħoddija, se tittella' mis-26 ta' Marzu - biex tiċċelebra l-50 anniversarju mit-Trattat ta' Ruma - sat-30 ta' Ġunju, b'attenzjoni speċjali fuq id-9 ta' Mejju, Jum l-Ewropa.

Fl-iskejjel madwar l-Ewropa kollha jittellgħu għadd ta' avvenimenti bħal dibattiti u laqgħat ma' l-esperti (personalitajiet ta' l-UE, awtoritajiet lokali, eċċ.), dibattiti onlajn , chats bejn tfal ta' l-iskola minn pajjiżi u reġjuni differenti, Jiem l-Ewropa, fieri Ewropej, eċċ. L-iskejjel huma mistiedna jipparteċipaw bil-mod li jixitiequ huma u skond ir-riżorsi tagħhom.

Is-sit web ta' Jum ir-Rebbiegħa għall-Ewropa se jipprovdi ideat u suġġerimenti lill-għalliema u l-istudenti dwar x'avveniment jistgħu jorganizzaw fl-iskola tagħhom, flimkien ma' ġabra ta' riżorsi pedagoġiċi.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna