|
|
Pubblikazzjonijiet u prodotti speċjali
Pubblikazzjonijiet
50 ways forward - Europe's best successes
Dan il-ktejjeb għandu l-għan li jurik - b'mod pjaċjevoli u attrajenti - 50 storja dwar kif in-nies ta' l-Ewropa, u lil hinn, ibbenefikaw, u se jkomplu jibbenefikaw, mill-kooperazzjoni Ewropea.
Taking Europe to the world - 50 years of the European Commission's External Service 
Ktejjeb, disponibbli wkoll onlajn, li jiddeskrivi b'lingwaġġ ċar l-iżvilupp u l-espansjoni ta' l-erba' komponenti prinċipali tar-relazzjonijiet esterni ta' l-UE – l-iżvilupp tan-negozju, l-għajnuna, l-għajnuna umanitarja u l-politika barranija – mill-iffirmar tat-Trattat ta' Ruma ħamsin sena ilu 'l hawn. Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bl-Ingliż biss.
Statistical portrait of the European Union 2007
Din il-pubblikazzjoni tipprovdi daħla ġenerali għall-oqsma u l-għanijiet ta' oqsma politiċi elenkati fil-preambolu tat-Trattat tal-KEE u ġabra ta' 50 indikatur statistiku li juru kif kienu żviluppati l-oqsma u x'inkiseb f'50 sena.
European Union: the next 50 Years
Din hija ġabra ta' 50 artiklu mill-ħassieba ewlenin u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet minn madwar l-Ewropa u lill-hinn. Fiha kontribuzzjonijiet minn ċittadini ta' kull Stat Membru ta' l-UE, u daħliet minn Angela Merkel, il-Kanċillier Ġermaniż, u Jose Manuel Barroso, il-President tal-Kummissjoni ta' l-UE. Il-pubblikazzjoni hija inizjattiva tal-Financial Times Business and Agora Projects, b'assoċjazzjoni mal-London School of Economics and Political Science.
50 Years Euratom Treaty: Un temps pour le bilan
Pubblikazzjoni kommemorattiva dwar il-ħamsin sena tat-trattat Euratom. Il-ktieb iħares lejn l-aspetti storiċi tat-trattat, lejn kif kienu applikati l-istrumenti tiegħu tul il-ħamsin li ilu jeżisti u lejn l-oqsma ewlenin li jkopri: L-iżvilupp tar-riċerka u t-tixrid ta' l-għarfien, il-ħarsien tas-saħħa u l-ambjent, l-ekonomija nukleari, is-salvagwardji nukleari u l-użu paċifiku tal-materjali nukleari, ir-relazzjonijiet internazzjonali. Disponibbli bil-Franċiż, l-Ingliż u l-Ġermaniż.
The Rome Treaty, 50 years on
Se jsir ktieb kommemorattiv dwar l-istorja ta' l-Ewropa, il-kisbiet u n-nuqqasijiet tat-Trattat ta' Ruma. Il-ktieb se jkun ppubblikat fl-1 ta' Jannar 2008 bl-Ingliż u bil-Franċiż.
The Treaties of Rome and the headlines, 25.3.1957
Din il-ġabra - fuq gazzetti u b'furmat tal-gazzetti - kienet ġiet ippubblikata meta ġew iċċelebrati l-40 sena u fiha l-faċċati ta' 32 gazzetta fi 15-il stat membru.
Cultural Reflections of Europe on Spain
Ktieb li jinkludi 27 artiklu miktubin minn 27 personalità fil-kultura, wieħed minn kull Stat Membru (150 faċċata bit-tpinġijiet). Dawn jagħtu impressjonijiet li għandhom bħala ċittadini Ewropej f'dan l-anniversarju, u mill-għarfien partikolari tagħhom dwar il-kultura Spanjola, dwar ir-rabtiet bejn Spanja u l-Unjoni Ewropea.
50 years building Europe - Dak kollu li dejjem xtaqt tkun taf dwar l-Ewropa
Ktejjeb maħsub għall-għalliema u nies oħra li jxerrdu l-opinjonijiet fi Spanja. Fih sinteżi tas-suġġetti kollha li jirrigwardaw l-integrazzjoni Ewropea.
Tiny news on Europe for young people
Il-?ames numru ta' din ir-revista perjodika dwar l-Ewropa g?at-tfal ta' bejn it-8 u t-12-il sena ppubblikata mir-Rappre?entazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fi Spanja tkun iddedikata g?all-50 anniversarju.
The Berlin Declaration  50 sena wara l-ħolqien ta' l-Unjoni Ewropea, il-mexxejja attwali ltaqgħu f'Berlin biex jiċċelebraw għeluq sninha f'Marzu 2007. Ir-riżultat tal-laqgħa huwa miġbur fid-Dikjarazzjoni ta' Berlin, dokument li għandu viżjoni għall-UE u jagħti ħarsa lejn l-ambizzjonijiet għall-futur ta' l-Ewropa.
Iċ-Ċentru Konġun tar-Riċerka - 50 sena ta' xjenza fl-Ewropa  Din il-pubblikazzjoni tagħti ħarsa ġenerali lejn il-50 sena li fihom ilu jeżisti il-JRC - mill-ewwel darba li ssemma fit-Trattat Euratom ta' l-1957 sal-lum, meta dan sar iċ-Ċentru ta' referenza ta' l-Unjoni fl-oqsma tax-xjenza u t-tekonoloġija. Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bl-Ingliż biss.
European Integration Lessons
European Integration LessonsDan il-ktieb, li huwa disponibbli bil-Litwan, inħareġ għall-għalliema sabiex jippromwovu s-suġġetti b'laqta Ewropea fl-iskejjel. L-għalliema u l-istudenti huma mħeġġa jiddiskutu dwar kwistjonijiet konnessi ma' l-UE u r-rwol tal-Litwanja fl-UE. Il-ktieb se jitqassam lill-iskejjel.
Tlaqna lejn Brussell!
F'dan il-ktejjeb għat-tfal, iż-żiemel ta' l-UE mis-Sassonja t'Isfel (imsejjaħ “Eurogalappo“) se jerħilha lejn Brussell sabiex iżur l-Istituzzjonijiet ta' l-UE. Hu jispjega x'jagħmlu dawn u kif iwettqu ħidmiethom. Din il-pubblikazzjoni nħarġet bil-Ġermaniż biss.
European Economic and Social Committee resolution to celebrate the 50th anniversary of the Treaty of Rome 
Fl-14 ta' Marzu 2007 l-EESC iċċelebra l-50 anniversarju tat-Trattat ta' Ruma, bis-Sur Max Kohnstamm, l-eks Segretarju ta' l-Awtorità Għolja tal-Komunità tal-Faħam u l-Azzar u assistent ta' Jean Monnet. Fl-okkazzjoni, is-Sessjoni Plenarja ta' l-EESC unanimament adottat Riżoluzzjoni.
ECAS Manifesto: 10Cs for the 50th anniversary of the Treaty of Rome  Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni taċ-Ċittadin (ECAS) ippubblika Manifest ta' 10 punti li jsejjaħ għal firxa estensiva ta' riformi li ta' min jiġu implimentati fl-UE. L-assoċjazzjoni ssostni li għandha ssir tranżizzjoni mill-Ewropa ekonomika tat-Trattat ta' Ruma għal Ewropa taċ-ċittadini. Dan id-dokument ta' 5 paġni jinsab disponibbli bl-Ingliż biss.
EU anniversary special supplement
Suppliment iddedikat għal kisbiet tal-Komunità Ewropea matul dawn il-50 sena u t-tliet snin ta' l-Estonja fl-UE se jiġi mqassam ma' ġurnali Estonjani u Russi fit-22 ta' Marzu 2007.
50 years of the EU insert
48 paġna tal-ġurnali “Newsweek“ fil-Polonja se jkunu ddedikati sabiex juru l-Istorja tat-Trattat ta' Ruma u t-tliet snin tal-Polonja fl-UE.
The Identity of the Old Continent and the Future of the European Project
Ktieb speċjali ta' kitbiet minn akkademiċi Pollakki famużi. Il-ktieb se jippreżenta l-ideat Pollakki dwar l-oriġini u l-futur tar-rwol ta' l-Unjoni Ewropea u tal-Polonja fl-UE fil-50 sena li ġejjin. Disponibbli bil-Pollakk biss.
The European Idea in Poland in the XX Century
Dan il-ktieb jippreżenta l-intellettwali u l-politċi l-aktar importanti tal-Polonja tal-seklu XX u l-kontribuzzjoni tagħhom lejn il-filsofija Ewropea dwar l-integrazzjoni. Disponibbli bil-Pollakk biss.
Children's booklet
Ejja nwasslu l-UE għand it-tfal! Dan il-ktejjeb prodott mill-Uffiċċju ta' l-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew f'Budapest se jġiegħel lill-aktar ċittadini żgħar tagħna jilgħabu bil-puzzles, stickers, kwizzijiet u logħob dwar l-Unjoni Ewropea. Il-pubblikazzjoni se titqassam fil-fieri, wirjiet u skejjel minn nofs Settembru. Disponibbli bl-Ungeriż biss.
L-Aħbarijiet dwar l-Ekonomija Ewropea: 50 sena ta' integrazzjoni ekonomika
Edizzjoni speċjali tar-rivista tal-Kummissjoni Ewropea European Economy News devot kollu kemm hu għall-integrazzjoni bejn l-ekonomiji ta' l-Ewropa. Ir-rivista tesplora xi wħud mis-suġġetti ewlenin ta' l-UE, bħad-dritt taċ-ċittadin li jgħix u jaħdem fejn irid fl-Ewropa, il-munita unika u suq waħdieni. Bl-Ingliż biss.
50 aastat ühinemist (50 Sena ta' integrazzjoni)  Dan is suppliment speċjali, disponibbli bl-Estonjan u r-Russu, kien ippubblikat fil-gazzetti ta' kuljum fl-Estonja f'Marzu biex jikkommemora l-anniversarju tat-Trattat ta' Ruma. Is-suppliment fih artikli dwar suġġetti Ewropej varji b'kontribuzzjonijiet minn politiċi nazzjonali kif ukoll Ewropej.
European Social Fund: 50 years investing in people - 50th anniversary book
Fl-okkażżjoni tal-50 anniversarju tal-Fond Soċjali Ewropew (ESF), Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ktieb bl-istampi li jiddeskrivi l-attivitajiet ta' l-ESF fil-ħamsin sena li għaddew. Dan il-ktieb jinsab bl-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż. Barra minn hekk, ġie ppubblikat fuljett fi 23 lingwa, li jipprovdi tagħrif ta' referenza bażika dwar l-ESF.
Il-Kummissjoni Ewropea, 1958-72 – l-Istorja u l-Memorji
Din il-pubblikazzjoni hija kemm dokument storiku kif ukoll kommemorazzjoni li tkopri s-snin bikrija tal-Kummissjoni Ewropea qabel l-ewwel tkabbir Il-ktieb inkiteb minn storiċi Ewropej abbażi t-tifkiriet ta' xi 120 persuna li kienu involuti dak iż-żmien. Huwa rappreżentazzjoni tat-twelid tal-Kummissjoni, l-isfidi tal-bidu tagħha u l-iżvilupp politiku u amministrattiv. Disponibbli bl-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Olandiż.
Pubblikazzjonijiet ta' referenza
Panorama of the EU
Dan il-fuljett jagħti daħla qasira għall-politika u l-kisbiet ewlenin ta' l-UE. Jinkludi mappa ta' l-Ewropa.
Europe in 12 lessons
Ktejjeb li jagħti ħarsa komprensiva lejn l-għan ta' l-UE, kif u għala twaqqfet, kif taħdem u x'kisbet għaċ-ċittadini.
Aktar pubblikazzjonijiet
EU Bookshop
L-EU Bookshop huwa servizz onlajn li jagħti aċċess għall-pubblikazzjonijiet mill-istituzzjonijiet ta' l-UE, l-aġenziji u organizzazzjonijiet oħra. Barra minn hekk, dan is-servizz joffri katalgu onlajn u arkivju tal-pubblikazzjonijiet kollha ta' l-UE.
Easy Reading Corner
Hawnhekk għandek issib ktejbiet li jispjegaw, bl-aktar mod sempliċi, x'inhi l-Unjoni Ewropea u x'tagħmel kif ukoll mapep, powsters u kartolini u ktejbiet dwar l-UE għaż-żgħażagħ.
Siti tal-web
Traité de Rome
Din il-websajt hija ddedikata għal 50 anniversarju tat-Trattat ta' Ruma u hi mnieda mill-gvern Franċiż. Wieħed isib dokumenti storiċi bħal per eżempju filmati u ritratti li jippreżentaw l-istorja ta' l-Unjoni Ewropea. Tinkludi ukoll kontribuzzjonijiet minn personalitajiet ewlenin Ewropej u lista ta' kull ċelebrazzjoni li se ssir fi Franza.
Insieme dal 1957
Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea fl-Italja ħolqot sezzjoni speċjali fil-websajt tagħha msemmija “Insiema dal 1957“ (Flimkien mill-1957), iddedikata kollha kemm hi għall-anniversarji ewlenin matul l-2007. Il-50 anniversarju tat-Trattati ta’ Ruma; iċ-ċentinarju mit-twelid ta' Altiero Spinelli; l-20 anniversarju tal-programm Erasmus u t-30 anniversarju ta' l-Istitut Universitarju Ewropew.
Niċċelebraw l-Ewropa fi Brussell fl-2007
Din il-websajt, mibnija mill-uffiċċju tat-Turiżmu u l-Konvenzjoni, tipprovdi informazzjoni dwar iċ-ċelebrazzjonijiet li se jsiru fi Brussell fl-2007.
Europafest
Il-gvern Ġermaniż nieda din il-websajt sabiex jippromwovi l-avvenimenti li se jsiru fil-Ġermanja matul l-24 u l-25 taq' Marzu. Issib ukoll informazzjoni dwar l-istorja ta' l-UE.
Euros du village
Din il-websajt nediet sezzjoni speċjali fil-50 anniversarju tat-Trattat ta' Ruma, tinkludi filmati b'intervisti ma' Ewropej prominenti fejn jaqsmu l-opinjoni tagħhom dwar il-futur ta' l-Ewropa, l-esperjenzi tagħhom u l-ħolma Ewropea tagħhom.
Vivieuropa
Fl-Italja, id-Dipartiment għall-Politiki ta' l-UE (l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) fetaħ sit web ġdid biex jipprovdi tagħrif dwar l-istituzzjonijiet ta' l-UE, il-programmi, is-servizzi, il-finanzjament u biex jenfasizza kif l-UE tejbet il-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini tagħha.
The 50th anniversary in Ireland
Id-Dipartiment Irlandiż ta' l-Affarijiet Barranin ħoloq qasam ġdid fis-sit tal-web tiegħu ddedikat għall-50 anniversarju. Dan jiffoka fuq iċ-ċelebrazzjonijiet organizzati fil-pajjiż.
Fra de Seks til de 27 (minn Sitta sa 27)
Sit web Daniż li juri l-istorja tar-relazzjoni Daniża ma' l-UE mill-lenti ta' l-istejjer fil-faċċata ta' quddiem tal-gazzetti Daniżi.
Filmati
Fl- EU audiovisual service tista' ssib bosta filmati li juru l-avvenimenti ewlenin tal-proċess tal-ħolqien ta' l-Ewropa.
50 years of European research
Dan il-filmat jenfasizza l-kisbiet mir-riċerka Ewropea matul dawn l-aħħar 50 sena, bħal per eżempju l-ħolqien tat-telefowns ċellulari GSM-standard, l-iżvilupp tal-WorldWideWeb u l-ikbar laboratorju tad-dinja tal-fisika tal-partiċelli Il-filmat intwera fuq EuroNews u huwa disponibbli onlajn b'seba' lingwi.
Filmati fuq il-programm MEDIA
Dawn il-ħames filmati għandhom xeni mill-“blockbusters“ Ewropej li ingħataw appoġġ minn MEDIA, programm ta' appoġġ ta' l-UE għall-industrija awdjoviżiva Ewropea. Jinkludu xeni minn L’Auberge espagnole, Goodbye Lenin, Le Fabuleux destin d'Amelie Poulain, The Pianist, Billy Elliot, Mar adentro, La vita e bella u films oħrajn. Il-filmati huma disponibbli fuq DVD fit-23 lingwa uffiċċjali kollha ta' l-UE u onlajn.
EU Tube - nuru l-ħsejjes u l-viżjonijiet ta' l-Ewropa
EU Tube, l-istazzjon ta' l-UE fuq is-sit tal-You Tube, wieħed mill-aktar forums popolari ta' l-iskambju tal-filmati, juri filmati dwar il-kampanji ta' l-UE, intervisti, dibattiti, eżempji konkreti ta' l-applikazzjoni tal-liġi ta' l-UE u ħafna aktar. Il-filmati huma disponibbli f'ilsna differenti u l-viżitaturi jistgħu jħallu l-kummenti tagħhom dwar il-kontribuzzjonijiet varji.
Videos on environment
Dan il-pakkett ta VNRs awdjoviżivi ta' 2-5 minuti għandu jgħin lill-midja biex tpinġi l-50 sena tal-Politika Ambjentali Ewropea u l-kisbiet tagħha. Il-passat, il-preżent u l-ġejjieni ta' l-azzjoni ambjentali Ewropea ser ikunu illustrati f'dawn it-temi: l-arja, l-ilma, l-iskart, in-natura u l-biodiversità, il-protezzjoni ċivili, il-kimiċi u t-tibdil fil-klima.
DVD “Europe needs your visions“
DVD li fih l-“aqwa“ tar-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-konkors dwar il-kreattività taż-żgħażagħ Ġermaniżi “Youropean vision“, li juri l-viżjonijiet taż-żgħażagħ dwar l-Ewropa. Kif jaraw il-ġejjieni ta' l-Ewropa “tagħhom“ iż-żgħażagħ? Studenti minn 12-il belt Ġermaniża pproduċew filmat biex juru l-viżjoni tagħhom ta' l-Ewropa.
The Human 50 clip 
Biex jiċċelebraw għeluq il-50 sena ta' l-UE, 'il fuq minn 900 impjegat tal-Kummissjoni Ewropea nġabru biex jiffurmaw in-numru 50 uman. L-avveniment ġie ffilmjat u muri f'filmat ta' 40 sekonda.
Il-Parlament Ewropew u l-Bini ta' l-Ewropa
Dan il-filmat juri l-aktar punti importanti fl-istorja ta' l-UE, mit-Tieni Gwerra Dinjija sa l-abbozz tal-Kostituzzjoni fl-2006. Agħżel il-perjodu li jinteressak u ara ftit x'kien qed jiġri fl-Ewropa f'dak iż-żmien b'għajnejk stess.
Powsters u kartolini
Ċart biex titwaħħal mal-ħajt dwar l-istorja ta' l-UE
Iċ-ċart ta' mal-ħajt “Europe on the move – the story of the EU” hija ta' daqs A1 (59.4 x 84 cm) u tippreżenta mawra storika kemm ta' l-UE kif ukoll ta' l-istorja in ġenerali wara t-Tieni Gwerra Dinija.
Powster bil-logo ta' l-anniversarju 'Flimkien mill-1957“
Dan il-powster ta' daqs A2 (42 x 59.4 cm) huwa disponibbli fi 23 verżjoni lingwistika. Disponibbli wkoll mill-punti tal-Europe Direct u r-Rapprezentazzjonijiet ta' l-UE.
Kartolina bil-logo ta' l-anniversarju 'Flimkien mill-1957“
Disponibbli wkoll mill-punti tal-Europe Direct u r-Rapprezentazzjonijiet ta' l-UE.
Time line poster on EU environmental action
This is a poster portraying a “time-line“ of 50 years of protecting Europe's environment.
Poster featuring the main steps of the last 50 years of the EU 
Powster ikkulurit 69x91 cm, magħmul mill-Uffiċċju ta' l-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew f'Budapest. Il-powster jiddiskrivi l-passi ewlenin ta' l-integrazzjoni Ewropea u t-tkabbir, u fih deskrizzjoni qasira dwar it-Trattat ta' Ruma kif ukoll mapep spettakolari ta' l-Ewropa li juru s-siti ta' l-istituzzjonijiet, l-entitajiet u l-aġenziji ta' l-UE. Il-powster juri wkoll fatti umoristiċi dwar l-UE (bħal l-lokalità bl-itwal isem) u elenku ta' lingwi offiċjali. Disponibbli biss bl-Ingliż u u bl-Ungeriż.
Wallpapers
Biex tniżżel dan il-wallpaper, ikklikkja fuq l-istampa. Għandek żewġ qisien minn fejn tagħżel: Kbir (1024x768) u żgħir (800x600).
[57 KB] 800x600
[85 KB] 1024x768
Munita Kommemorattiva
Sabiex jikkommemoraw il-50 anniversarju ta' l-Unjoni Ewropea, fil-25 ta' Marzu 2007 il-pajjiżi li qiegħdin fiż-żona ta' l-euro se joħorġu fiċ-ċirkolazzjoni munita ta' €2 coin li tirrappreżenta l-Piazza del Campidoglio f'Ruma fejn ġie ffirmat it-Trattat ta' Ruma fil-25 ta' Marzu 1957. Assolutament għall-ewwel darba se toħroġ munita mill-pajjiżi kollha taż-żona euro biex tikkommemora l-istess avveniment u naħiet nazzjonali kollha tal-munita se jkunu bbażati fuq disinn komuni. L-uniku element li se jkun differenti u li jiddistingwi l-verżjonijiet tal-pajjiżi huwa l-lingwa użata. B'kollox se joħorġu kważi 90 miljun munita.
Bolol u enveloppi
L-awtoritajiet postali Portugiżi, Griegi, Irlandiżi, Ċiprijotti, Litwani, Pollakki, Franċiżi, Ġermaniżi, Sloveni, Taljani, Belġjani u Spanjoli se joħorġu bolol kommemorattivi. .
L-Uffiċċju Postali Pubbliku tal-Portugall b'kooperazzjoni mar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni ser joħroġ bolla speċjali fil-25 ta' Marzu 2007 bil-logo uffiċjali adottat mill-istituzzjonijiet ta' l-UE “Flimkien mill-1957“, envelop speċjali u fuljett żgħir.
L-awtoritajiet postali tal-Greċja se joħorġu bolol kommemorattivi b'valur kummerċjali normali li se jkunu disponibbli matul l-2007 għal dawk kollha li jużaw is-servizzi postali u mhux għall-filatelisti biss.
Il- posta Irlandiża se toħroġ bolla ta' 55c li tfakkar il-50 anniversarju tat-Trattat ta' Ruma. Se joħroġ ukoll suvenir rari ta' Kopertura Numismatika Filatelika (5,000 biss se jiġu ppubblikati minn dawn) li jiġi ma' munita kommemorattiva speċjali prodotta mill-Bank Ċentrali.
Is- Servizzi Postali ta' Ċipru fasslu u ppreparaw għaċ-ċirkolazzjoni bolla kommemorattiva fit-3 ta' Mejju.
Fil-Litwanja,, fl-24 ta' Marzu se jinħareġ envelop speċjali b'logo u bolla speċjali li jfakkru l-50 anniversarju. Fil-Posta tal-Litwanja, se tiġi organizzata proċedura speċjali ta' “ittimbrar“ għall-filatelisti. .
Fil-25 ta' Marzu envelop speċjali li juri l-logo tal-50 anniversarju tat-Trattati ta' Ruma, bolla speċjali u marka tal-posta se jinħarġu mill-Uffiċċju Postali tal-Polonja b'kooperazzjoni mar-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-Polonja.
Is-servizz postali Franċiż qed jiċċelebra l-50 anniversarju b'bolla li tissimbolizza valur meqjus bħala fundamentali għall-ideal Ewropew li twieled mat-trattat ta' Ruma - is-solidarjetà.
Bejn Marzu u Diċembru 2007 ir-Rappreżentanza fil-Ġermanja tal-Kummissjoni Ewropea se tkun qed tuża marka postali speċjali disponibbli b'xejn li tgħid “Flimkien mill-1957“. Se jkun hemm disponibbli wkoll post marker tal-logo fil-'Fiera tal-bolol' f'Essen bejn it-3 u l-5 ta' Mejju. Ikun hemm għall-bejgħ ukoll envelop kommemorattiv bil-bolla waqt l-avveniment kif ukoll minn kull counter filateliku fil-Ġermanja.
Fil-25 ta' Marzu bolla speċjali li turi l-verżjoni Slovena tal-logo ta' l-anniversarju “Flimkien mill-1957“ se tinħareġ mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fis-Slovenja flimkien ma' l-Uffiċċju Postali Sloven.
Is- servizz postali Taljan se joħroġ żewġ bolol kommemorattivi li jiċċelebraw il-50 anniversarju mit-trattat ta' Ruma li juru l-art tal-Palazzo del Campidoglio fejn kien ġie ffirmat it-trattat.
Is- servizz postali Belġjan se joħroġ bolla li tirrappreżenta s-sitt stati membri oriġinali (il-Belġju, il-Lussemburgu, l-Olanda, Franza, il-Ġermanja u l-Italja) kif ukoll envelop li juri l-logo ta' l-anniversarju “Flimkien mill-1957“.
Is- servizz postali Spanjol se jikkommemora l-50 anniversarju b'bolla speċjali li tirrappreżenta mappa ta' l-Ewropa bil-pajjiżi ta' l-UE mpinġija b'kuluri differenti skond meta daħlu fl-UE.
Oħrajn
Lotterija
L-Għaqda Nazzjonali ta' l-Għomja fi Spanja (organizzaturi tal-lotterija popolari – ONCE) se jniedu biljett tal-lotterija kommemorattiv bin-numru 25.03.1957.
|