Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt |
![]() | ![]() | 01/02/2008 |
EUROPA > Il-50 anniversarju > Dak li qed niċċelebraw |
Dak li qed niċċelebraw
Il-Paċi u l-istabbilitàĦamsin sena bla gwerer bejn il-pajjiżi li llum il-ġurnata jiffurmaw l-UE hija xi ħaġa li qatt ma ġrat fl-istorja. L-integrazzjoni, u l-espansjoni minn sitta għal 27 pajjiż, kellha sehem qawwi biex dan iseħħ. Fl-istess waqt, l-UE saret qawwa għall-paċi fid-dinja. Il-libertà u d-demokrazijaId-demokrazija hija valur ewlieni li naqsmu bejnietna. Fost dawn il-valuri, l-UE daħħlet il-libertà billi żiedet libertajiet ġodda - il-libertajiet li jippermettu li n-nies u l-oġġetti jiċċaqalqu bejn il-fruntieri tagħha. Nistgħu nistudjaw, naħdmu, jew ngħixu f'pajjiż ieħor ta' l-UE b'burokrazija minima. U nistgħu ngawdu l-benefiċċji soċjali u tas-saħħa kullimkien. L-ivvjaġġar madwar l-UE bla passaport dejjem qed jiżdied. L-UE wittiet ukoll it-triq għal żona fejn il-fruntieri ma jostakolawx il-ġustizzja jew is-sikurezza. Il-prosperitàIċ-ċittadin ta' l-UE jgawdi livelli ta' l-għajxien li huma fost l-ogħla fid-dinja. Fl-istess waqt igawdi wkoll fost l-ogħla livelli soċjali. Dan huwa l-mod Ewropew:li l-prosperità li qed tiżdied tkun ibbilanċjata mal-mudell soċjali Ewropew. L-ekonomija msaħħa permezz ta' l-għaqda tal-pajjizi ġabet magħha responsabbiltajiet globali, li l-UE tirrifletti fil-politiki tan-negozju u l-għajnuna tagħha. L-impjiegi u t-tkabbirIl-ħidma flimkien wasslet għal suq wieħed – l-akbar żona ta’ kummerċ ħieles fid-dinja, munita waħda għall-maġġoranza taċ-ċittadini ta' l-UE, livelli komuni ta' ħarsien ambjentali u sigurtà tal-prodotti. Dan ħoloq impjiegi u tkabbir u wessgħalna l-għażla ta' prodotti u servizzi bi prezz kompetittiv. Dawn huma kisbiet uniċi ta' min niċċelebrawhom. Imma dan kollu mhuwiex biss dwar l-imgħoddi. Hija opportunità unika biex nifhmu aħjar il-preżent u nħarsu lejn il-ġejjieni sabiex niddiskutu x'Ewropa rridu. Anniversarju bħal dan jistħoqqlu aktar minn jum wieħed. Minn issa sa tmiem is-sena, se jittellgħu varjetà kbira ta' avvenimenti madwar l-Ewropa kollha. Nisperaw li tgawduhom! |
Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna | ![]() |