| EPK+50Il-konkors tat-televiżjoni Europocket żgħażagħ
                        F'ġieħ il-50 anniversarju mit-Trattat ta' Ruma, il-Europocket TV jippreżenta l-ewwel konkors tiegħu miftuħ għaż-żgħażagħ kollha Ewropej ta' talent: EPK+50. 
                        Aħseb f'tema, aħtaf il-kamera u ħalli t-talent tiegħek jagħmel il-bqija! Għandek sat-12 ta' Marzu biex tibgħat il-filmat ta' 50 sekonda tiegħek dwar tema li trid int u tista' tirbaħ vjaġġ għal Ruma fl-aħħar ġimgħa ta' Marzu biex tipparteċipa fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 anniversarju mit-Trattat ta' Ruma. Il-filmat tiegħek għandu jinkludi diskors qasir fuq tema ta' l-għażla tiegħek u tliet voxpops ma' min trid, sħabek, politikanti jew anke nies li ma tafx fit-triq! |