Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Kif bidilli ħajti l-Erasmus - jitkellmu l-istudenti

Kif bidilli ħajti l-Erasmus - jitkellmu l-istudenti

02/02/07

Il-programm Erasmus ta' l-UE din is-sena jagħlaq 20 sena.Mindu twaqqfet fl-1987, din l-iskema għal dawk li jattendu l-edukazzjoni terzjarja wriet xi jfisser li tistudja u tgħix f'pajjiżi oħra Ewropej lil 1.5 miljun student.Sabiex jinbdew iċ-ċelebrazzjonijiet, ġiet organizzata konferenza bi Brussell min-Netwerk ta' l-Istudenti ta' Erasmus (ESN).

Dan l-avveniment, imtella' mill-Kumitat tar-Reġjuni ta' l-UE, ġabar l-istudenti Erasmus tal-lum u ta' l-imgħoddi, flimkien mal-membri ta' l-ESN, sabiex jenfasizzaw f'hiex irnexxa l- programm u jiddisikutu kif dan jista' jittejjeb.

F'diskors li għamlet, Margot Wallström, il-Kummissarju Ewropea għall-Komunikazzjoni saħqet fuq l-importanza ta' Erasmus sabiex tissawwar Ewropa aktar b'saħħitha u sejħet lill-istudenti ta' Erasmus biex jgħinu ħalli: "Jkunu ambaxxaturi għall-Ewropa u jaqsmu l-entużjażmu tagħhom dwar l-essenza ta' xi jfisser li wieħed ikun Ewropew."

L-istudenti ta' Erasmus ta' ġenerazzjonijiet differenti rrakkontaw l-esperjenzi tagħhom. Desiree Majoor, li ħadet sehem fl-iskema fl-1987, kienet waħda mill-fundaturi ta' l-ESN, li twaqqaf bl-idea li jgħin lill-istudenti ta' Erasmus jieħdu l-aħjar li jistgħu miż-żmien li jqattgħu barra minn arthom. "Ninsab kuntenta li qiegħda hawn illum," qalet, "Għoxrin sena ilu ma kontx nimmaġina f'hiex kien se jiżviluppa Erasmus, imma ninsab impressjonata bl-entużjażmu tagħkom ilkoll."

B'mod li jingwala tajjeb ma' l-ispirtu ferrieħi li huwa assoċjat ma' l-esperjenza Erasmus, il-konferenza ntemmet b'party ta' veru għal għeluq snin din l-iskema. Ján Figel’, il-Kummissarju għall-edukazzjoni u t-taħriġ, attenda dan l-avveniment speċjali, u awgura lill-parteċipanti żgħażagħ.

Matul l-2007 se jittellgħu għadd ta' avvenimenti, li fosthom se jkun hemm wieħed li jinvolvi l-"Vann Erasmus". Tfasslet websajt speċjali li tiġbor fiha stejjer minn 20 ġenerazzjoni ta' studenti ta' Erasmus.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna