| Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt |
![]() | 01/02/2008 |
| EUROPA > Il-50 anniversarju > Madwar l-Ewropa |
L-20 Anniversarju ta' ERASMUSżgħażagħ
Ikun hemm ċelebrazzjonijiet differenti bħala parti mill-20 Anniversarju ta' ERASMUS, li jinvolvu studenti u ex-studenti kif ukoll dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-qasam ta' l-edukazzjoni. Il-programm ta' skambju ERASMUS li kien imwaqqaf mill-Ewropa jippermetti lill-istudenti jistudjaw f'pajjiż Ewropew ieħor għal perjodu bejn 3 u 12-il xahar. Lill-istudenti jagħtihom esperjenzi minn kulturi differenti biex imorru lura lejn id-dar b'tagħrif ġdid, abilità fil-lingwa aħjar u memorji għall-bqija ta' ħajjithom. ERASMUS qed iħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-universitajiet, jagħti spinta lil-mobilità Ewropea u jtejjeb it-trasparenza u l-għarfien akkademiku sħiħ ta' l-istudji u l-kwalifiki madwar l-Unjoni. Minn meta nħoloq l-ERASMUS fl-1987, 1.2 miljun student ibbenefikaw minn perjodu ta' studju ERASMUS barra minn pajjiżhom. Attwalment hemm jippartiċipaw fih 2199 istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja f'31 pajjiż. Se jkun hemm ċelebrazzjonijiet differenti għall-20 Anniversarju. Jannar 18Konferenza tal-Ftuħ fi Brussell organizzati minn-Netwerk ta' l-Istudenti Erasmus. April-MejjuJiem ERASMUS – avvenimenti lokali bħal konferenzi jkunu organizzati f'pajjiżi differenti. Ikun hemm van ta' l-ERASMUS bil-volontiera li jitlaq mill-Laqgħa Annwali Ġenerali fi Praga (23-26 ta' Marzu) u jivjaġġa tul l-Ewropa biex jippromwovi l-ERASMUS. Għandu jkun hemm aktar tagħrif fuq is-sit http://www.esn.org OttubruIl-Konferenza ta' l-Għeluq f'Liżbona, organizzata mid-Direttorat għall-Edukazzjoni u l-Kultura tal-Kummissjoni Ewropea. Jattendu l-Istudenti Erasmus kif ukoll dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-qasam ta' l-edukazzjoni u l-iskambju akkademiku. |
| Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna |