Rome Youth Declaration [78 KB]
Ftuħ uffiċjali tas-Summit taż-Żgħażagħ
Diskorsi tal-ftuħ:
-
Ms Margot Wallstrom, Vice-President of the European Commission
-
Ms Ursula von der Leyen, German Federal Minister for Family Affairs, Senior Citizens, Women and Youth [21 KB]
-
Mr Alejo Vidal-Quadras, Vice-President of the European Parliament [33 KB]
-
Mr Ján Figel', European Commissioner for Education, Training, Culture and Youth [18 KB]
-
Ms Bettina Schwarzmayr, President of the European Youth Forum [42 KB]
-
Ms Ágnes Heller, Professor of Philosophy and Political Science, Budapest and New York Universities [78 KB]
Biex tfakkar il-50 anniversarju tat-trattat li beda l-UE fil-belt fejn kien ġie ffirmat, l-ewwel samit taż-Żgħażagħ li qatt sar se jittella' f'Ruma bl-organizzazzjoni konġunta ta' l-UE u l-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ. Dan is-samit għandu l-għan li jinvolvi ż-żgħażagħ u l-għaqdiet tagħhom fid-dibattitu dwar ix-xeħta futura ta' l-UE.
It-tħejjijiet bdew f'Jannar b' laqgħa fi Brussell, fejn intagħżlu sitt suġġetti li ser ikunu diskussi f'Ruma:
- il-futur tat-Trattat ta' l-UE
- il-mudell socjali u ekonomiku ta' l-UE
- l-iżvilupp sostenibbli
- sehem l-UE f'dinja globalizzata
- id-demokrazija u s-soċjetà ċivili
- iż-żgħażagħ u l-edukazzjoni
Imbagħad, ix-xogħol preparartorju kompla b'dibattiti nazzjonali organizzati fil-pajjiżi kollha ta' l-UE.
Il-konklużjonijiet tad-dibattiti nazzjonali u l-kontributi mill-organizzazzjonijiet Internazzjonali non-governattivi taż-Żgħażagħ.
Is-samit ser jinfetaħ uffiċjalment nhar is-Sibt 24 ta' Marzu u għalih ser jattendu għadd ta' VIPs Ewropej, inklużi s-Sur Romano Prodi, il-Prim Ministru ta' l-Italja, is-Sur Alejo Vidal-Quadras, Viċi President tal-Parlament Ewropew, is-Sinjura Margot Wallström, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, u s-Sur Ján Figel, Kummisarju Ewropew għall-Edukazzjoni, Kultura u Żgħażagħ.
Il-parteċipanti ser jaħdmu fi-gruppi sabiex iħejju l-konklużjonijiet tas-samit kif ukoll messaġġ dwar il-ġejjieni ta' l-UE. Dawn se jitwasslu lill-mexxejja Ewropej miġbura fl-istess tmiem il-ġimgħa f'Berlin għal laqgħa informali li tikkommemora l-anniversarju.
It-taħdita għandha tagħti lill-parteċipanti l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom direttament lir-rappreżentanti ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE.Il-Viċi President Margot Wallstrom, li se tkun Ruma wkoll, qalet: "Dan is-samit għandu joffri okkazzjoni li qatt ma kien hemm bħalha biex tiġi diskussa l-Unjoni Europea 'on the move' ".
It-taħdita se tixxandar live fuq l-internet mit-8:45 ta' filgħodu sas-1.30 ta' wara nofsinhar nhar il-Ħadd 25 ta' Marzu. Segwi din ix-xandira live .
Flimkien mas-Samit, se jkun hemm ukoll iċ-ċans li wieħed jiddeverti u jipparteċipa fil-kumplament taċ-ċelebrazzjonijiet f'Ruma.
Il-programm tas-samit [2 MB]