Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Is-Samit taż-Żgħażagħ f'Ruma: jibda fi Brussell b'laqgħa ta' tħejjija

Is-Samit taż-Żgħażagħ f'Ruma: jibda fi Brussell b'laqgħa ta' tħejjija

18/01/07 > 20/01/07

L-ewwel samit taż-żgħażagħ ta' l-UE se jittella f'Ruma fl-24-25 ta' Marzu. Bħala tħejjija għal dan, se ssir laqgħa fi Brussell bejn it-18 u l-20 ta' Jannar, biex jinbdew d-dibattitu u l-konsultazzjoni. Rappreżentanti nazzjonali ser jattendu din il-laqgħa ta' tħejjija u jfasslu dokument għad-diskussjoni.

Il-50 anniversarju tat-Trattat ta' Ruma mhuwiex biss opportunità biex nirriflettu dwar dawn l-aħħar 50 sena ta' kooperazzjoni Ewropea, imma wkoll żmien biex inħarsu 'l quddiem lejn il-futur ta' l-UE. B'dan il-ħsieb, il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew, b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Forum taż-Żgħażagħ Jeunesse, qed jorganizzaw l-ewwel Samit taż-Żgħażagħ ta' l-UE "L-Ewropa Tiegħek – Il-Futur Tiegħek" f'Ruma fl-24-25 ta' Marzu. 200 żagħżugħ u żagħżugħa minn ambiti differenti fil-pajjiżi kollha ta' l-UE ser jattendu s-samit biex jiddiskutu x'tip ta' UE jridu għall-50 sena li ġejjin. Is-samit taż-Żgħażagħ se jseħħ fl-istess ħin mal-Kunsill Ewropew f'Berlin, fejn il-Kapijiet ta' l-Istati u l-Gvernijiet għandhom jadottaw dikjarazzjoni politika li tistabbilixxi l-valuri u l-ambizzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea.

Is-samit taż-Żgħażagħ se jwassal messaġġi għall-futur ta' l-Ewropa lill-mexxejja ta' l-UE f'Berlin.

Bi tħejjija għas-Samit taż-Żgħażgħaħ, ser jinbeda proċess ta' dibattitu u konsultazzjoni. Il-proċess għandu jwassal għas-Samit taż-Żgħażagħ u ser jibda fi Brussell bejn it-18 u l-20 ta' Jannar b'laqgħa ta' tħejjija. Il-laqgħa qed tiġi kkoordinata mill-Forum taż-Żgħażagħ Jeunesse, u se jattendu għaliha r-rappreżentanti nazzjonali tal-Kunsilli taż-Żgħażagħ. Se jkun hemm ħidma fuq dawn is-sitt temi li ġejjin bil-għan li jiżbokka dokument ta' diskussjoni: it-Trattat ta' l-UE tal-futur, il-Mudell Soċjali u Ekonomiku, l-Iżvilupp Sostenibbli, ir-rwol ta' l-UE fid-dinja globalizzata, id-demokrazija u s-soċjetà ċivili, iż-żgħażagħ u l-edukazzjoni.

Programm pdf - 268 KB [268 KB] English (en)

Ix-xogħol ta' tħejjija mbagħad ikompli bid-dibattiti nazzjonali, reġjonali u lokali fl-Istati l-Membri kollha u jinvolvu l-Kunsilli taż-Żgħażagħ, il-Kummissjoni Ewropea, l-uffiċċji tal-Parlament Ewropew u l-Aġenziji Nazzjonali

Ir-riżultati tad-diskussjonijiet nazzjonali u l-laqgħa ta' tħejjija għandhom ikunu ppreżentati f'Ruma bejn l-24 u l-25 ta' Marzu meta ż-żgħażagħ se jwasslu l-messaġġi dwar il-ġejjieni ta' l-Ewropa lill-mexxejja ta' l-UE f'Berlin.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna