Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > Madwar l-Ewropa
Madwar l-EwropaFil-pajjiżi ta' l-UEMadwar id-dinjaKalendarjuTipi ta' avvenimenti

50 Sena Flimkien fid-Diversità

Inwasslu l-50 anniversarju ta' l-Ewropa fl-iskejjel

żgħażagħ
Dati: 03/09/07 > 31/12/07
Pajjiż: Il-pajjiżi kollha ta' l-UE
Organizzatur: European Schoolnet u l-Mużew ta' l-Ewropa
Aktar informazzjoni: http://www.50years.eun.org/
50 Sena Flimkien fid-Diversità

Il-European Schoolnet u l-Mużew ta' l-Ewropa jistieden timijiet ta' studenti mill-14 sa l-20 sena biex jipparteċipaw f'kompetizzjoni, esperjenza ta' xogħol f'tim u jesprimu ideat u ħsibijiet dwar il-50 sena li jmiss fl-UE, filwaqt li jħarsu lura lejn xi ksibna mill-1957!

Il-kompetizzjoni hija intiża sabiex issaħħaħ u tagħti appoġġ lill-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza Ewropea fl-iskejjel, fis-sena meta l-Unjoni Ewropea tiċċelebra l-50 anniversarju.

Il-kompetizzjoni għandha l-għan li tinvolvi tims ta' tfal ta' l-iskola jew organizzazzjonijiet li jieħdu ħsieb attivitajiet extra-kurrikulari fis-27 Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea. It-timijiet ta' l-istudenti huma mħeġġa li jibgħatu l-applikazzjonijiet tagħhom li jkunu rriżultaw minn attività li tkun saret fil-klassi, imressqa b'mod cross-circular (li tinvolvi numru ta' suġġetti skolastiċi) Kull tim ta' studenti għandu jkun immexxi minn żewġ għalliema.

It-tema tal-kompetizzjoni hia "50 sena flimkien fid-diversità". Il-parteċipazzjoni għall-kompetizzjoni għandha tikkonsisti f'komponiment u kompożizzjoni viżiva. Il-komponiment għandu jirrispondi dawn il-mistoqsijiet: "Fl-opinjoni tiegħek, x'inhuma l-isfidi maġġuri li l-Unjoni Ewropea se taffaċċja fil-50 sena li jmiss? Kif tista' titratta dawn l-isfidi?" Il-kompożizzjoni viżiva għandha tiffoka fuq is-suġġett "l-Ewropa fil-ħajja tagħna ta' kuljum".

Il-premijiet tal-kompetizzjoni jikkonsistu fi vjaġġ għal Brussell biex iżżur il-Mużew ta' l-Ewropa, f'Marzu 2008. Se jkun hemm 27 tim rebbieħ, tim minn kull Stat Membru ta' l-UE. Kull tim rebbieħ se jkun akkumpanjat minn żewġ għalliema.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna