Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Hekk irriduha l-Ewropa!

Hekk irriduha l-Ewropa!
L-UE tilqa' id-Dikjarazzjoni ta' Ruma dwar iż-Żgħażagħ

26/03/07

"Agħtuna widen, staqsuna x'neħtieġu u mbagħad ħudu azzjoni!" Dan kien il-verdett taż-żgħażagħ Ewropej wara l-ewwel Samit taż-Żgħażagħ ta' l-UE li qatt sar.

Id-Dikjarazzjoni ta' Ruma dwar iż-Żgħażagħ pdf - 78 KB [78 KB] English (en) , li hija indirizzata lill-mexxejja ta' l-UE u li ġiet adottata nhar il-Ħadd 25 ta' Marzu minn aktar minn 200 delegat żgħażugħ mis-27 Stat Membru, mhix biss viżjoni tal-ġejjieni ta' l-Ewropa. Tiġbor ukoll fiha proposti konkreti għall-mexxejja ta' l-UE li fl-istess jum kienu qed jiltaqgħu l-Ġermanja sabiex jadottaw id-Dikjarazzjoni ta' Berlin pdf - 64 KB [64 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) . Id-dikjarazzjoni tappella sabiex ikun hemm trattat kostituzzjonali Ewropew u sabiex l-UE tieħu rwol ewlieni fid-dinja globalizzata. Ta' min wieħed jinnota li d-dokument isemmi l-aktar kwistjonijiet li jħassbu lill-Ewropej żgħażagħ tal-lum: l-iżvilupp sostenibbli; l-edukazzjoni għal kulħadd; soċjetà li fl-istess waqt tkun kemm prosperuża kid ukoll ġusta, u aktar possibiltajiet għaż-żgħażagħ biex jipparteċipaw fil-ħajja demokratika ta' l-Unjoni Ewropea.

Id-delegati żgħażagħ, li kienu miġbura f'Ruma fis-sit storiku fejn eżatta ġabru fi ftit kliem il-ħidma iebsa li damet sejra għal xahar sħiħ u sabiex adottaw id-dikjarazzjoni, li mbagħad ippreżentaw lill-Istituzzjonijiet ta' l-UE u ddiskutewha magħhom f'dibattitu speċjali.

Is-samit taż-żgħażagħ infetaħ uffiċjalment mill-Viċi-President tal-Kummissjoni Margot Wallström, li ħeġġet lill-parteċipanti sabiex jaħtfu din l-opportunità.. "Irridu nagħtukom widen. X'viżjoni għandkom tal-ġejjieni ta' l-Ewropa?"

Fi kliem Bettina Schwarzmayr, il-President tal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej, il-50 anniversarju jimmarka t-tnedija ta' kapitlu ġdid għall-UE.Id-dikjarazzjoni tistqarr li l-ġenerazzjoni żgħażugħa tinsab lesta u ħerqana li tassumi r-responsabbiltà sabiex tgħin fit-tiswir ta' l-Ewropa ta' għada.

Biex issir taf x'ġara matul is-Samit taż-Żgħażagħ, agħti ħarsa lejn il-filmat ta' għeluq is-samit.

To discover what happened at the Youth Summit, watch the recording of the closure of the summit.

Filmati ta' l-intervisti

Iż-żgħażagħ kellhom ukoll iċ-ċans isaqsu xi domandi lir-rappreżentanti politiċi:

"L-Unità fid-Diversità" huwa l-motto ta' l-UE, xi jfisser għalik? X'tistenna mill-UE fil-ġejjieni? X'inhuma l-isfidi ewlenin li għad tħabbat wiċċha magħhom l-UE fil-futur? X'kienu l-akbar kisbiet u fallimenti ta' l-UE fl-ewwel ħamsin sena tagħha? Tista' tistħajjel Ewropa bla UE fil-ġurnata tal-lum?

Watch their answers:

Matul il-jumejn ta' ċelebrazzjonijiet fi tmiem il-ġimgħa għall-50 anniversarju ta' l-UE, iċ-ċittadini u l-viżitaturi f'Ruma ntalbu jagħtu l-fehma tagħhom dwar l-UE. Ara t-tweġibiet hawnhekk . 4'53"

Il-ħajr tal-filmati kollha jmur għal EuropocketTV, li huwa servizz Ewropew ta' TV onlajn.(rappurtaġġ minn Miriam u Martina).

Diskorsi tal-ftuħ:

  • Margot Wallström, il-Viċi-President tal-Kummissjoni
  • Ursula von der Leyen, il-Ministru taż-Żgħażagħ tal-Ġermanja pdf - 21 KB [21 KB] Deutsch (de)
  • Alejo Vidal-Quadras, il-Viċi-President tal-Parlament Ewropew pdf - 33 KB [33 KB] English (en)
  • Ján Figel' il-Kummissarju ta' l-UE inkarigat mill-qasam taż-żgħażagħ pdf - 18 KB [18 KB] English (en)
  • Bettina Schwarzmayr, il-President tal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej pdf - 42 KB [42 KB] English (en)
  • Ágnes Heller, professoressa tal-filosofija u x-xjenza politika pdf - 78 KB [78 KB] English (en)
Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna