Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > Madwar l-Ewropa
Madwar l-EwropaFil-pajjiżi ta' l-UEMadwar id-dinjaKalendarjuTipi ta' avvenimenti

Ir-reġjuni ta' l-Ewropa jiċċelebraw għeluq snin l-UE!

oħrajn
Dati: 22/03/07 > 23/03/07
Post: L-Awditorju ta' Conciliazione, Ruma
Pajjiż: L-Italja
Parteċipanti: Rappreżentanti ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali minn madwar l-UE
Organizzatur: Il-Kumitat tar-Reġjuni u r-Reġjun ta' Lazio
Aktar informazzjoni: http://www.cor.europa.eu/en/activities/rome.htm
Committee of the regions - declaration for europe
Ir-reġjuni ta' l-Ewropa jiċċelebraw għeluq snin l-UE!

Biex jikkommemora l-50 anniversarju mit-Trattat ta' Ruma, il-Kumitat tar-Reġjuni se jtella' d-69 sessjoni plenarja tiegħu f'Ruma fit-22 u t-23 ta' Marzu.

To view the video, you need the <a href="http://www.real.com/freeplayer/?rppr=rnwk" title="RealPlayer plug-in!">RealPlayer plug-in!</a>
To view the video, you need the <a href="http://www.real.com/freeplayer/?rppr=rnwk" title="RealPlayer">RealPlayer</a>

L-assemblea se tiltaqa' fl-Awditorju prestiġjuż ta' Conciliazione, fejn se tittella' wkoll ċerimonja speċjali. L-inizjattiva ġiet promossa mir-Reġjun ta' Lazio, fejn tinsab Ruma, u tirrappreżenta opportunità sabiex jikber l-għarfien tar-realtà u d-diversità tad-dimensjoni reġjonali jew territorjali tal-proġett Ewropew.

"Dikjarazzjoni ta' l-ibliet u r-reġjuni għall-Ewropa" politika se tiġi adottata waqt iċ-ċerimonja. Din għandha tenfasizza t-temi u l-objettivi prinċipali li l-pubbliku u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaraw bħala prijoritajiet, kif ukoll il-mezzi biex dawn intlaħqu. Id-dikjarazzjoni tintbagħat lill-Kunsill Informali ta' l-Ewropa, ġabra ta' kapijiet ta' l-Istat u tal-Gvern, li jiltaqa' f'Berlin fil-25 ta' Marzu 2007.

Għaċ-ċerimonja jattendu l-President tar-Repubblika Taljana Giorgio Napolitano, kif ukoll politiċi Taljani oħra u rappreżentanti ta' l-istituzzjonijiet Ewropej u l-gvernijiet nazzjonali. 

Min ser jieħu sehem?

Għall-avveniment jattendu t-344 membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, magħmul minn rappreżentanti ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali Ewropej, kif ukoll minn politiċi Taljani u rappreżentanti ta' l-istituzzjonijiet Ewropej u l-gvernijiet nazzjonali.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna