Ċelebrazzjoni parlamentari internazzjonali tal-50 anniversarju mit-Trattati ta’ Ruma
Konferenza
Dati: | 22/03/07 > 23/03/07 |
Post: | Firenze u Ruma |
Pajjiż: | L-Italja |
Parteċipanti: | Il-Presidenti tal-Parlamenti ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew u tal-Parlamenti tal-pajjiżi kandidati, kif ukoll Membru minn kull Parlament li għandu responsabilità istituzzjonali għall-affarijiet ta' l-Unjoni Ewropea. Fost il-mistednin ikun hemm ukoll il-Presidenti ta' l-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra. |
Organizzatur: | Il-Parlament Taljan (is-Senat u l-Kamra tad-Deputati) |
Aktar informazzjoni: | http://www.parlamento.it/
|
|
|
Il-President tas-Senat, is-Sur Franco Marini, u l-President tal-Kamra tad-Deputati, is-Sur Fausto Bertinotti, stiednu lil Presidenti tal-Parlamenti tal-pajjiżi ta' l-UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Parlamenti tal-pajjiżi kandidati - biex jipparteċipaw f'serje ta' avvenimenti li se jsiru f'Firenze u Ruma fit-22 u t-23 ta' Marzu 2007, rispettivament.
L-inizzjattiva għandha l-għan li tinvolvi l-Parlamenti ta' l-UE f'dibattitu komuni dwar il-modi possibbli biex javvanzaw il-proċess ta' integrazzjoni Ewropea. L-inizzjattiva - li se sseħħ wara kunċert ta' merħba organizzat mill-Kunsill tal-belt ta' Firenze fit-teatru Muniċipali fil-21 ta' Marzu - se tikkonsisti f'żewġ affarijiet:
-
seminar - "x'jonqosha l-Ewropa?"- li għandu jsir fit-22 ta' Marzu fl-Istitut Ewropew ta' l-Università ta' Firenze. Is-seminar se jkun maqsum fi tliet sessjonijiet: politika, ekonomika u soċjali
-
ċerimonja ta' ċelebrazzjoni - "Ewropa Politika u sehemha fid-dinja" - li jsir f'Ruma, fis-Sala Plenarja tas-Senat, fit-23 ta' Marzu bil-parteċipazzjoni ta' personalitajiet Ewropej distinti.
Lejn tmiem iċ-ċerimonja l-parteċipanti kollha jiġu milqugħa mill-President Taljan tar-Repubblika fil-Quirinale, fejn ikollhom l-opportunità jżuru l-Wirja ta' kapulavuri Ewropej u jattendu l-ftuħ uffiċjali tagħha.
|