Festival ta' erba' xhur ta' arti, mużika, teatru u wirjiet taż-żfin jiġbed lejh l-aqwa kapolavuri artistiċi mill-UE kollha f'avveniment kulturali maġġuri.
Minn Ottubru sa Frar, il-Belġju kollu se jkun qed jiċċelebra l-istorja u l-kultura ta' l-Ewropa fl-akbar wirja ta' arti u kultura Ewropea li qatt dan il-kontinent qatt ra.B'il fuq minn 250 avveniment li se jittellgħu u b'bosta xogħolijiet artistiċi li se jintwerew fih, il-21 edizzjoni tal-Festival Europalia
hija opportunità unika biex wieħed jiskopri x'jgħaqqad il-kulturi Ewropej u x'jagħmilhom uniċi.
Dan l-avveniment bijennali, li normalment jiċċelebra l-patrimonju ta' pajjiż wieħed, din is-sena se jkun iddedikat lill-50 anniversarju ta' l-UE, u se jenfasizza l-għeruq komuni Ewropej li akkumpanjawna matul ħajjet il-proġett Ewropew.
L-attrazzjoni ċentrali tal-festival se tkun il-Grand Atelier: mawriet artistiċi fl-Ewropa mis-Seklu 5 sas-Seklu 18
, fiċ-ċentru tal-arti ta' Brussell. Dan l-avveniment se jiġbor flimkien għall-ewwel darba 350 kapolovur minn 150 mużew fl-akbar wirja kollaborattiva li qatt ittellgħet fl-istorja ta' l-Ewropa. Din il-wirja timrah fl-iskambji artistiċi fost il-kulturi Ewropej minn tmiem l-Imperu Ruman sar-Revoluzzjoni Franċiża, u tinkludi wħud mill-aqwa' xogħolijiet ta' Da Vinci, Dürer, Van Eyck, Rubens, Vélasquez u Poussin.
Fost l-avvenimenti l-oħra ewlenin tal-Europalia nsibu wkoll l-esibizzjoni ta' l-artisti żgħażagħ imsejħa Agorafolly
; L-avveniment imlaqqam Kull triq twassal għal-Ruma
, li jsegwi l-passi ta' pitturi, kittieba u filosofi famużi bħal Goethe u Balzac li lkoll f'xi mument f'ħajjithom rħewlha għall-kapitali ta' l-Italja, u l-wirja tal-ġojelli Ewropa Brillanti
.