Il-Europocket TV 

, li huwa taħlita unika ta' informazzjoni u divertiment, joffri liż-żgħażagħ mod ġdid kif jiksbu tagħrif dwar l-Ewropa u jsemmgħu leħinhom dwar suġġetti marbuta ma' l-UE.
Fi kliem Miriam Reyes Gimeno, il-korrespondenta fi Brussell għall-Europocket, "L-idea kienet li noħolqu xi ħaġa li tqarreb liż-żgħażagħ lejn l-Ewropa." "Il-futur jinsab fit-teknoloġiji l-ġodda, u ż-żgħażagħ jagħmlu użu qawwi minnhom. Kien għalhekk li ridna nagħmlu programm fuq l-internet li jkunu jistgħu jniżżluh fl-I-pods u l-mowbajls tagħhom."
L-aħħar aħbarijiet jiġu rrapportati ta' kuljum fl-għamla ta' filmati minn tliet ġurnalisti żgħażagħ li jittraduċuhom fl-Ingliż, il-Franċiż u l-Ispanjol filwaqt li jżewquhom bil-karatteristiċi personali tagħhom. "Mhux se nkopru biss l-affarijiet ta' l-UE, imma kull ħaġa li taf tinteressa liż-żgħażagħ, bħaċ-ċinema u t-teknoloġiji innovattivi," kompliet Reyes Gimeno. Ir-rapporti jinkludu intervisti ma' żgħażagħ, politiċi u esperti.
F'għeluq il-50 sena mit-twaqqif ta' l-UE, il-programm ta' l-internet organizza kompetizzjoni ta' filmati mill-UE kollha, li rebbħet bħala premju vjaġġ lejn Ruma li kopra l-festeġġamenti li kienu qed jittellgħu hemmhekk. “L-intervisti li għamilt lill-Prim Ministru Taljan Romano Prodi, lill-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso
, lill-President tal-Parlament Ewropew Hans Pöttering 

u lil xi politiċi Taljani, filwaqt li rrapportajt mis-Samit taż-Żgħażagħ, kienet esperjenza mill-aqwa", stqarret Martina Fava, li rebħet il-kompetizzjoni.
Din il-pjattaforma diġitali bbażata f'Valenzja nħolqot f'Settembru ta' l-2006 permezz ta' Fondi mill-Parlament Ewropew. Illum il-ġurnata hija ffinanzjata privatament u qed tfittex li tespandi in-numru ta' ġurnalisti tagħha mad-dinja kollha.
Ir-rapport tal-Europocket dwar iċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 anniversarju ta' l-UE
(4'53") f'Ruma
Il-filmat li rebaħ il-kompetizzjoni
maħdum minn Martina Fav
Martina f'Ruma
