Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > Madwar l-Ewropa
Madwar l-EwropaFil-pajjiżi ta' l-UEMadwar id-dinjaKalendarjuTipi ta' avvenimenti

Id-9 ta' Mejju Jum l-Ewropa fl-iskejjel

Fil-lokal biex nilħqu ż-żgħażagħ

żgħażagħ
Dati: 09/05/07
Post: Skejjel madwar l-Ewropa
Pajjiż: Il-pajjiżi kollha ta' l-UE
Parteċipanti: Iż-żgħażagħ ta' bejn it-12 u t-18-il sena
Organizzatur: Il-Kummissjoni Ewropea – l-Uffiċċju tal-Kooperazzjoni EuropeAid
Aktar informazzjoni: http://ec.europa.eu/europeaid/9-may-initiative/index_en.htm
Id-9 ta' Mejju Jum l-Ewropa fl-iskejjel

Fid-9 ta' Mejju l-iskejjel ta' l-Ewropa jiċċelebraw Jum l-Ewropa billi jorganizzaw taħditiet dwar l-għajnuna esterna ta' l-UE u l-politika ta' l-iżvilupp tal-kooperazzjoni. Uffiċjali ta' l-UE u esperti ser iżuru l-iskejjel u jieħdu sehem fid-diskussjonijiet ma' l-istudenti u l-għalliema, u jwieġbu l-mistoqsijiet tagħhom.

L-inizjattiva 'Id-9 ta' Mejju Jum l-Ewropa fl-iskejjel' hija mmirata għall-iskejjel u biex jikber l-għarfien taż-żgħażagħ Ewropej dwar l-għajnuna esterna ta' l-UE u l-politika ta' l-iżvilupp tal-kooperazzjoni.

L-iskejjel madwar l-Ewropa huma mistiedna jipparteċipaw billi jorganizzaw dibattiti u diskussjonijiet dwar dawn il-kwistjonijiet fid-9 ta' Mejju, Jum l-Ewropa.

Uffiċjali ta' l-UE (mill-Uffiċċju tal-Kooperazzjoni EuropeAid, id-DĠ Żvilupp, l-uffiċċju ta' l-Għajnuna Umanitarja, u d-DĠ Relazzjonijiet Esterni), rappreżentanti ta' l-NGOs li jimplimentaw il-proġetti kofinanzjati mill-UE u Membri tal-Parlament Ewropew se jmorru fl-iskejjel u jipparteċipaw fid-diskussjonijiet u t-taħditiet, sabiex jispjegaw x'tagħmel l-UE biex tgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u kif l-UE timplimenta l-għajnuna esterna tagħha, kif ukoll iwieġbu l-mistoqsijiet ta' l-istudenti.

L-Uffiċċju tal-Kooperazzjoni EuropeAid qed jikkoordina l-avveniment u ser jibgħat materjal ta' tagħrif lill-iskejjel parteċipanti kemm biex jgħin lill-istudenti kif ukoll lill-għalliema jħejju rwieħhom għad-diskussjonijiet u d-dibattiti u jorganizzaw l-avveniment tad-9 ta' Mejju tagħhom.

 

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna