Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Il-Van Erasmus – Brussell se tiċċelebra l-aktar programm popolari ta' l-iskambju ta' l-Ewropa.

Il-Van Erasmus – Brussell se tiċċelebra l-aktar programm popolari ta' l-iskambju ta' l-Ewropa.
Il-van Erasmus fi Munich

22/06/07

Il-wasla tal-van Erasmus fi Brussell fl-aħħar tal-vjaġġ- Ewropew tiegħu, se timmarka l-ftuħ taċ-ċelebrazzjonijiet ta' jum Erasmus.

Maħluq biex jinforma liż-żgħażagħ dwar il-possibilitajiet ta' studju barra minn pajjiżhom. Van b'volontieraEnglishmin-netwerk ta' l-istudenti ErasmusEnglishbeda jdur l-Ewropa minn Marzu u wasal lejn l-aħħar tal-vjaġġ tiegħu li se jintemm fil-kapitali ta' l-Ewropa fit-28 ta' Ġunju.

Jum Erasmus fi BrussellEnglishhuwa l-aħħar minn serje ta' avvenimenti li saru madwar l-Ewropa kollha biex jiċċelebraw il-programm ta' l-iskambju ta' studentiDeutschEnglishfrançaisli din is-sena se jagħlaq 20. Iċ-ċelebrazzjonijiet fi Brussell se jibdew ladarba l-van jasal fil-Grand Place ta' Brussell. Dan se jiġi milqugħ mis-sindku u se jinkludi dibattitu u festin sabiex jingħaqdu l-istudenti Erasmus tall-passat, tal-preżent u l-futur.

Il-ġranet Erasmus ġew organizzati madwar l-Ewropa kollha. Il-van Erasmus kien preżenti f'40 minnhom, fi bliet lill hinn minn xulxin bħal Budapest, Belgrad, Istanbul u Bukarest. It-tapep ta' dan ix-xahar jinkludu diversi bliet universitarji bħal Munich, Zurich, Ruma, Milan, Barċellona, Porto, Pariġi u Londra. F'kull lokalità jiġu rranġati dibattiti, kunċerti u birthday parties. 

Il-volontiera jħejju l-istands ta' l-informazzjoni ħdejn stazzjonijiet, universitajiet, pubs jew kull fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ. Dawn ukoll bdew ixandru messaġġ pożittiv dwar l-istudju barra. Wieħed mill-membri tat-tim tal-van Erasmus qal, "Kull skambju li kellna fil-vjaġġ tagħna kien mgħaġġel iżda siewi daqs dak li jmiss."

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna