Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Id-dikjarazzjoni ta' Berlin iffirmata biex tfakkar għeluq il-ħamsin sena ta' l-UE

Id-dikjarazzjoni ta' Berlin iffirmata biex tfakkar għeluq il-ħamsin sena ta' l-UE
Mix-xellug għal-lemin: Il-Ministru tal-Finanzi Ġermaniż Peer Steinbrück, il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso, Il-Kanċillier Federali tal-Ġermanja Angela Merkel u l-President tal-Parlament Ewropew Hans-Gert Pöttering waqt il-laqgħa informali f'Berlin.

26/03/07

"Fl-Unjoni Ewropea, qed insawru l-ideali komuni tagħna f'realtà", tgħid id-dikjarazzjoni ta' Berlin, iffirmata mill-mexxejja miġbura f'Berlin għall-50 anniversarju mit-Trattat ta' Ruma. Hija viżjoni għall-UE li terġa' tasserixxi valuri komuni u tħares lejn l-ambizzjonijiet għall-ġejjieni.

Il-valuri komuni tar-rispett għall-individwu, it-tolleranza, is-solidarjetà u l-opportunitajiet ugwali qed jiġu affermati mill-ġdid fid-dikjarazzjoni ta' Berlin adottata fil-25 ta' Marzu. Is-sehem tas-suq komuni u ta' l-euro huma rikonoxxuti wkoll għax jippermettu lill-unjoni toħloq rabtiet ekonomiċi u jżommuha kompetittiva fil-kuntest tal-globalizzazzjoni.

Skond id-dikjarazzjoni, il-mudell Ewropew jgħaqqad is-suċċess ekonomiku mar-responsabbiltà soċjali, u juri l-kuntrast bejn il-gwerra u d-diviżjoni ta' qabel ma eżistiet l-UE, ma' l-istabbiltà u t-tkabbir ekonomiku li jgawdu ċ-ċittadini tagħha fil-preżent.

Barroso, il-President tal-Kummissjoni faħħar dak li kisbet l-UE f'dawn l-aħħar 50 sena: "Paċi, libertà u prosperità lill-hinn mill-ħolm saħansitra ta' l-aktar missier fundatur ottimist ta' l-Ewropa."

Imma m'hemmx lok għall-għażż - l-unjoni trid tevolvi maż-żminijiet, b'tiġdid kostanti tal-qagħda politika Ewropea. "Li nieqfu jkun ifisser li qed naqgħu lura", qalet il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel.

Dwar is-suġġett jaħraq tal-kostituzzjoni għall-Ewropa, id-dikjarazzjoni hija kawta: "ninsabu magħqudin fl-għan tagħna li nqiegħdu lill-Unjoni Ewropea fuq bażi komuni mġedda qabel l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-2009."

"Ikun meta jkollna il-ħila ngħaqqdu l-forzi tagħna, li aħna l-Ewropej ikollna l-potenzjal sħiħ li negħlbu l-isfidi ewlenin ġodda u nħarsu lejn l-anniversarji tal-futur bil-kunfidenza", qalet Angela Merkel.

Aqra d-dikjarazzjoni pdf - 64 KB [64 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) shiha.

Segwi l-konferenza stampa

Siltiet iffilmjati (04:35) mid-dikjarazzjoni

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna