Wara ħafna żmien ta' stennija u ansjetà, l-ismijiet li ġew ikkonfermati huma dawk ta' Oliver Kahn, Iker Casillas, Paolo Maldini, Marco Materazzi, Fabio Grosso, Florent Malouda, Luis Miguel, Gennaro Gattuso, Andrea Pirlo, Ronaldo, Alessandro Mancini, Zlatan Ibrahimović u Henrik Larsson. Dawn l-ismijiet żdiedu ma' dawk li kienu tħabbru żmien ilu li huma, Ronaldinho, Steven Gerrard, Grégory Coupet, Juninho Pernambucano, Lilian Thuram, Carles Puyol, Eric Abidal u Gianluca Zambrotta. B'hekk dawn jiffurmaw it-tim ewropew tal-ħolm.
Il-logħba se tibda fit-8pm. Il-logħba se tkun imxandra b'mod dirett minn stazzjonijiet nazzjonali f'bosta pajjiżi membri ta' l-UE u lil hinn. Hawn isfel għandek issib lista ta' stazzjonijiet li se jxandru l-logħba.*
Michel Platini, president tal-UEFA, Sir Bobby Charlton, direttur tekniku u sportiv tal-Manchester United u Marcello Lippi, eks-kowċ tat-tim nazzjonali ta' l-Italja, ma naqsux li jiċċelbraw dan l-avveniment flimkien mall-president tal-Kummissjoni Ewropea permezz ta' enfasi fuq ir-relazzjoni ta' bejn il-futbol u l-integrazzjoni ewropea.
Michel Platini qal:"Il-futbol jgħaqqad lin-nies. Dan joffri lingwa komuni, f'kontinent li hu kburi bid-diversità kulturali tiegħu. Għalhekk dan jgħin sabiex jintegra l-komunitajiet differenti. Fl-aqwa tiegħu, l-isport tagħna jittrażmetti xi wħud mill-valuri bażiċi ta' l-Ewropa: l-istat tad-dritt, ir-rispett lejn l-oħrajn, il-libertà ta' l-espressjoni, il-ħidma f'tim u s-solidarjetà. Inħossni kburi ħafna li l-UEFA kienet kapaċi torganizza din il-logħba speċjali.
Sir Bobby Charlton qal: "L-istorja tal-Manchester United hija marbuta ma' dik ta' l-Ewropa. Ħerqan li nara dan l-avveniment f'Old Trafford sabiex niċċelebraw dawn iż-żewġ anniversarji memorabbli."
Minn 72 000 biljett għad fadal biss 2 000. Għal aktar informazzjoni, idħol f'dan is-sit Manchester United (EN).
Id-dħul kollu minn dan l-avveniment se jmur għal fondazzjoni ta' karità tal-Manchester United.
*Il-Belġju:RTBF, VRT
Bulgarija:BNT
Ċipru:CBC, Lumière TV
Ir-Repubblika Ċeka:Sport 1 TV
Franza:France 4
Il-Ġermanja:ARD, ZDF
Il-Greċja:ERT
L-Ungerija:Sport 1 TV
L-Italja:RAI
Il-Litwanja:LT
Il-Polonja:TVP
Il-Portugall:RTP
Ir-Renju Unit:BBC 3
Il-Irlanda:RTE2
Ir-Rumanija:TV Sport + Sport 1 TV
Is-Slovakkja:Sport 1 TV
Spanja:TVE
Madwar l-Ewropa kollha:USP
Meta l-Ewropa tgħaqqad il-futbol u l-karità
50 sena ta' Ewropa unita u l-United fl-Ewropa!