Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

50 sena ta' Ewropa unita u l-United fl-Ewropa!

50 sena ta' Ewropa unita u l-United fl-Ewropa!
David Beckham meta kien għadu mal-Manchester United - ritratt provdut u b'copyright tal-MUFC

15/02/07

fit-13 ta' Marzu 2007, l-UE tagħlaq 50 sena u tiċċelebra b'logħba futbol għal-karità organizzata mill-Manchester United biex timmarka 50 sena li ilha tilgħab f'kompetizzjonijet tal-European club. Iżda mhijiex kumbinazzjoni li dan l-avveniment storiku se jkun imfakkar bl-isport numru wieħed ta' l-Ewropa - l-unità politika Ewropea u l-futbol Ewropew għandhom aktar bħal xulxin minn sempliċiment data tal-kalendarju.

Fl-egħluq il-50 sena ta' l-EU, wieħed mill-postijiet l-aktar prestiġjużi tal-futbol modern, Old Trafford, ser jospita logħba ta' karità bejn il- Manchester United u tim Ewropej li jkun fih xi wħud mill-aqwa plejers tal-kontinent. Il-qligħ kollu jmur għall- fondazzjoni tal-karità tal-United. Il-president tal-Kummissjoni Ewropea, is-Sur Barroso, faħħar l-avveniment: "Huwa mod tassew sabiħ biex infakkru l-50 anniversarju mill-ħolqien ta' l-Għaqda Ewropea, permezz tal-logħba tal-futbol li tispira lill-Ewropej b'mod uniku, f'passjoni tagħna lkoll u lingwa li jifhimha kulħadd."

It-tim Ewropew se jitmexxa mit-Taljan Marcello Lippi, li mexxa t-tim nazzjonali tiegħu lejn ir-rebħa tat-tazza dinjija li għaddiet.Tliet plejers ewlenin, kollha Ingliżi, diġà kkonfermaw li ħa jieħdu sehem: David Beckham, tar-Real Madrid, u Steven Gerrard u Jamie Carragher mil-Liverpool.

L-anniversarju konġunt ifakkar l-okkazzjoni meta, fit-13 ta' Marzu 1957, il-Manchester United saru l-ewwel club Ingliż li pparteċipa f'waħda mill-kompetizzjonijiet Ewropej organizzata mill-għaqda li tmexxi l-futbol fuq il-kontinent, il-UEFA. Wara biss ftit jiem, fil-25 ta' Marzu, ġew iffirmati t-trattati ta' Ruma li welldu l-UE li għandna llum.

B'għeruqhom simbolikament kważi eżattament fl-istess ġimgħa 50 sena ilu, dawn l-avvenimenti żergħu ż-żerrigħa ta' żewġ fenomeni li, għalkemm triqathom kważi qatt ma ltaqgħu, kienu ddestinati jgħinu fl-iżvilupp tal-bidu ta' konoxxenza Ewropea.

Bħall-UE, il-futbol Ewropew, mill-ħamsinijiet ra bosta żviluppi.L-aktar wieħed evidenti kien l-espansjoni li kissret il-fruntieri fil-proċess. Ħamsin sena ilu, il-futbol kien għall-parti l-kbira ta' karattru nazzjonali. Illum, għandu orizzonti ħafna aktar Ewropej. Is-Serie A, La Liga u l-Premiership għandhom bażi ta' supporters madwar il-kontinent kollu u mhux biss f'pajjiżhom. Kull stadium ta' l-Ewropa jippreżenta' drama ta' kull ġimgħa li jkun fiha bosta nazzjonalitajiet, plejers u supporters. Bħall-futbol, l-integrazzjoni Ewropea, fil-forom kollha tagħha, hija u tibqa' dejjem titmexxa mill-ideali ta' l-unità, id-diversità u l-mobilità.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna