Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Interview

L-istejjer wara firma

L-istejjer wara firma
Albert Breuer (xellug), flimkien ma' l-ewwel segretarju eżekuttiv ta' Euratom, G. Guazzugli Marini.

21/05/07

Lil hinn miċ-ċentru ta' l-attenzjoni, l-iffirmar tat-trattat li beda l-UE fil-25 ta' Marzu 1957 kien milqut minn serje ta' inċidenti wkoll! Ferroviji devjati, entusjażmu żejjed min-naħa tal-fattigi, strajks ta' l-istudenti, kienu biss uħud mill-affarijiet li setgħu jfixklu l-istorja. Albert Breuer, wieħed mill-istaff responsabbli sabiex jorganizzaw iċ-ċerimonja f'Ruma, jaqsam il-memorji tiegħu ta' dawk il-ġranet storiċi.

"Kellna biss ftit ġranet sabiex norganizzaw kollox : nibagħtu l-materjal stampat lejn Ruma, nittajpjaw il-verżjoni finali tat-trattat u norganizzaw il-materjal sa l-inqas dettall.

Xi ġranet qabel il-25 ta' Marzu, telqet ferrovija minn Brussell, li fi triqtha lejn Ruma għaddiet mil-Lussemburgu. Fuq l-istess ferrovija kien hemm it-traduzzjonijiet u d-dokumenti stampati meħtieġa għaċ-ċerimonja. Kont qed nivvjaġġa fuq l-istess ferrovija, sabiex naċċerta ruħi li dawn jaslu. Iżda, meta wasalna f'Basle, l-Isvizzeri ddeċidew li jibblukkaw il-ferrovija. L-ebda telefonata mis-superjuri tagħna jew protesta min-naħa tagħna ma setgħat iddawwar fehmthom. Għalhekk kelli nkompli l-vjaġġ waħdi lejn Milan, fejn qaluli li kelli nsib il-materjal stampat ladarba nasal. Meta wasalt fid-destinazzjoni tiegħi, mort infittex il-ferrovija "tiegħi" – iżda din kienet sparixxiet flimkien mal-materjal kollu! Wara li domna nfittxu għal ħafna ħin - eventwalment sibna l-ferrovija ma' ġenb ta' stazzjon xi kilometri 'l bogħod, u għalhekk stajna nkomplu l-vjaġġ tagħna lejn Ruma.

Ladarba wasalna hemm , komplejna nittajpjaw it-trattat għax dan ma kienx lest. Filfatt, f'Ruma konna ħadna kopja ta' l-abbozz, miksi b'korrezzjonijiet bil-kitba. Dan kien għad iridujiġi kompletament ifformattjat minn printer f'Ruma.

F'Val Duchesse, l-esperti bdew jaħdmu lejl u nhar, jiflu kull kelma u frażi – kif tistgħu taraw xejn ma nbidel! Kull darba li kienu jilħqu ftehim dwar kif għandha tinkiteb il-frażi, kienu jċemplulna f'Ruma u jistaqsuna sabiex inbiddlu d-dokumenti skond kif qalulna.

L-art kienet tkun mimlija karti u ħmieġ kif ukoll stensils maħduma mill-ġdid. Lejl minnhom, wara li l-fattigi sabu dawk il-karti kollha ma' l-art, ramewhom kollha! Ma kienx possibbli li nerġgħu niksbu xi ħaġa minnhom, kollox spiċċa fil-miżbla! F'mument ta' disperazzjoni, tlabna lil Val-Duchesse sabiex jagħtina tim ieħor ta' tajpisti. Bl-għajnuna tagħhom stajna nerġgħu nipproduċu stensils ġodda.

Iżda fl-aħħar kellna niġbru d-dokumenti finali. L-università ta' Ruma bagħtet xi studenti minn tagħha sabiex jagħmlu dan. Dawn tħallsu fi ftit liri, iżda l-għajnuna tagħhom ma tantx damet : Il-ġurnata ta' wara ħarġu bi strajk. Bdew jitolbu li jitħallsu 200 lira aktar fis-siegħa.

U r-riżultat ta' dawn id-diżgrazzji? Fil-ġurnata ta' l-iffirmar, l-arranġament finali tal-paġni tat-test ma kienux lesti, għalhekk il-ministri ffirmaw mazz karti vojta! Biex inkun aktar preċiż, kull ma stajna nipprintjaw fil-ħin kienu l-ewwel u l-aħħar paġni ta' l-ewwel żewġ volumi ħoxnin. Bejniethom ma kien hemm xejn ħlief paġni vojta. Madankollu, ħadd ħlief numru żgħir ta' persunima kien jilħaqlu daqshekk . Il-problema prinċipali kienet li nwaqqfu l-ġurnalisti li jersqu viċin tal-ministri. Fl-aħħar mill-aħħar irnexxielna mingħajr ħadd ma nduna! Fortunatament, kollox kien fl--ordni fil-ħin ta' l-issiġillar, li jimmarka l-adozzjoni uffiċjali tat-Trattati.

Il-karriera tiegħi kompliet ma' l-UE, organizzajt 'l fuq minn għoxrin laqgħat għal Euratom barra minn u f'Brussell, kif ukoll xi għaxar samits ta' l-UE.

Wara dawn is-snin kollha, dawn il-memorji għadhom ċari u l-fiduċja tiegħi fil-proġett Ewropew huwa b'saħħtu bħal dak il-jum li rajtu jitwieled". »

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna