- 1948
- 7-11 ta’ Mejju
Il-Kungress ta’ The Hague: iżjed minn elf delegat minn madwar 20 pajjiż Ewropew jiddiskutu forom ġodda ta’ ko-operazzjoni fl-Ewropa. Huma jesprimu ruħhom favur il-ħolqien ta’ ‘assemblea Ewropea'.
- 1949
- 27-28 ta’ Jannar
Bħala riżultat tal-Kungress ta’ the Hague, jitwaqqaf il-Kunsill ta’ l-Ewropa li għandu jkun ibbażat fi Strasbourg.
Fl-istess sena Il-Kunsill jibda jfassal il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, li tiġi ffirmata f’Ruma fl-1950 u tidħol fis-seħħ f’Settembru 1953.
Matul iż-żmien, kważi l-pajjiż Ewropej kollha jsiru membri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa.
- 1950
- 9 ta’ Mejju
Robert Schuman, Ministru ta’ l-affarijiet Barranin Franċiż, jagħmel diskors importanti bbażat fuq l-ideat ta’ Jean Monnet. Hu jipproponi li Franza u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja jaqsmu flimkien ir-riżorsi tal-faħam u l-azzar f’organizazzjoni ġdida li pajjiżi oħra Ewropej ikunu jistgħu jissieħbu fiha huma wkoll.
Min din id-data li tista’ titqies bħala għeluq snin l-Unjoni Ewropea, id-9 ta’ Mejju huwa ċċelebrat kull sena bħala ‘Jum l-Ewropa’.
- 1951
- 18 ta’ April
F’Pariġi, sitt pajjiżi – il-Belġju, Franza, il-Ġermanja (Repubblika Federali), l-Italja, il-Lussemburgu u l-Olanda – jiffirmaw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA). Dan jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Lulju 1952, għal perjodu ta’ 50 sena.
- 1955
- 1-2 ta’ Ġunju
F’Messina, il-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin tas-sitt pajjiżi jiddeċiedu li jestendu l-integrazzjoni Ewropea għall-ekonomija kollha.
- 1957
- 25 ta’ Marzu
F’Ruma, is-sitt pajjiżi jiffirmaw it-trattati li jwaqqfu l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) u l-Komunità ta’ l-Enerġija Atomika Ewropea (Euratom) fl-1957. Dawn daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1958.
- 1960
- 4 ta’ Jannar
Fuq inizzjattiva tar-Renju Unit, il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma twaqqaf l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) magħmula min-numru ta’ pajjiżi Ewropej li ma jifformawx parti mil-KEE.
- 1962
- 30 ta’ Lulju
Tiġi introdotta Politika Agrikola Komuni (PAK).
- 1963
- 14 ta’ Jannar
F’konferenza stampa, l-Ġeneral de Gaulle iħabbar li Franza ħa tuża l-veto kontra s-sħubija tar-Renju Unit fil-Komunitajiet Ewropej.
20 ta’ Lulju
F’Yaoundé, jiġi ffirmat ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn il-KEE u 18-il pajjiż Afrikan.
- 1965
- 8 ta’ April
Jiġi ffirmat trattat li jgħaqqad il-korpi esekuttivi tat-tliet Komunitajiet u joħloq Kunsill u Kummissjoni waħda. Dan jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1967.
- 1966
- 29 ta’ Jannar
Il-‘Kompromess tal-Lussemburgu’. Wara kriżi politika, Franza qablet li terġa’ tibda tieħu sehem fil-laqgħat tal-Kunsill, wara ftehim li r-regola ta’ l-unanimita tinżamm meta jkunu involuti ‘interessi vitali nazzjonali’.
- 1968
- 1 ta’ Lulju
Id-dazji tad-dwana fuq oġġetti industrijali jiġu aboliti għal kollox u tiġi introdotta Tariffa Esterna Komuni, 18-il xahar qabel id-data li fiha dan kien oriġinarjament ippjanat li jseħħ,.
- 1969
- 1-2 ta’ Diċembru
Fis-Summit ta’ The Hague, il-mexxejja politiċi tal-KEE jiddeċiedu li jkomplu mexjin ‘il quddiem bl-integrazzjoni Ewropea.
- 1970
- 22 ta’ April
Fil-Lussemburgu, jiġi ffirmat trattat li jippermetti li l-Komunitajiet Ewropej ikunu dejjem aktar iffinanzjati mir-‘riżorsi proprji’ u jagħtu poteri akbar lill-Parlament Ewropew.
- 1972
- 22 ta’ Jannar
Fi Brussel jiġu ffirmati trattati ta’ adeżjoni mal-Komunitajiet Ewropej mad-Danimarka, l-Irlanda, in-Norveġja u r-Renju Unit.
24 ta’ April
Is-sitt Stati Membri tal-KEE jiddeċiedu li r-rati tal-kambju bejn il-muniti tagħhom ma jitħallewx jiċċaqilqu b’iżjed minn 2.25%. Din is-sistema tkun magħrufa bħala s-‘serp’.
- 1973
- 1 ta’ Jannar
Id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit jidħlu fil-Komunitajiet Ewropej, u dan jgħolli n-numru ta’ membri għal disgħa. In-Norveġja tibqa’ barra, wara referendum li fih il-maġġoranza vvotat kontra s-sħubija.
- 1974
- 9-10 ta’ Diċembru
Fis-summit ta’ Pariġi, il-mexxejja politiċi tad-disa’ Stati Membri jiddeċiedu li jibdw jiltaqgħu tliet darbiet fis-sena bħala l-Kunsill Ewropew. Huma jagħtu wkoll il-kunsens għall-elezzjonijiet diretti tal-Parlament Ewropew, u jaqblu dwar Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.
- 1975
- 28 ta’ Frar
F’Lomé, tiġi ffirmata konvenzjoni (Lomé I) bejn il-KEE u 46 pajjiż ta’ l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (ACP).
22 ta’ Lulju
Jiġi ffirmat trattat li jagħti l-Parlament Ewropew iktar poter fuq il-baġit u jwaqqaf il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri. Dan jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 1977.
- 1978
- 6-7 ta’ Lulju
Fis-Summit ta’ Bremen, Franza u l-Ġermanja (Repubblika Federali) jipproponu li terġa’ titnieda l-kooperazzjoni monetarja billi titwaqqaf is-Sistema Monetarja Ewropea (EMS) u biex iżommu s-‘serp’ f’postu. L-EMS tibda topera fit-13 ta' Marzu 1979.
- 1979
- 28 ta’ Mejju
Il-Komunitajiet Ewropej jiffirmaw it-trattat tas-sħubija mal-Greċja.
7 u 10 ta' Ġunju
L-ewwel elezzjonijiet diretti għall-Parlment Ewropew ta’ 410 siġġu.
- 1981
- 1 ta’ Jannar
Il-Greċja tingħaqad mal-komunitajiet Ewropej u tgħolli n-numru ta’ Stati Membri għal 10.
- 1984
- 28 ta’ Frar
Jiġi adottat il-Programm ‘Esprit’ - bil-għan li jtejjeb ir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tat-teknoloġija informatika.
14 u 17 ta' Ġunju
It-tieni elezzjonijiet diretti għall-Parlment Ewropew.
- 1985
- 7 ta’ Jannar
Jacques Delors isir il-President tal-Kummisjoni (1985-1995).
12 ta’ Ġunju
Il-Komunitajiet Ewropej jiffirmaw it-trattat tas-Sħubija ma’ Spanja u l-Portugal.
2-4 ta’ Diċembru
Fil-Kunsill Ewropew tal-Lussemburgu, il-mexxejja ta’ l-10 Stati Membri jaqblu li jirrevedu t-Trattat ta’ Ruma u jerġgħu jvaraw l-integrazzjoni Ewropea permezz ta’ 'Att Uniku Ewropew'. Dan iħejji t-triq għall-ħolqien tas-suq waħdieni sa’ l-1993.
- 1986
- 1 ta’ Jannar
Spanja u l-Portugall jidħlu fil-komunitajiet Ewropej, u jtellgħu n-numru ta’ membri għal 12.
17 sat-28 ta' Frar
Jiġi ffirmat l-Att Uniku Ewropew fil-Lussemburgu u the Hague. Huwa jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1987.
- 1987
- 15 ta’ Ġunju
Il-bidu tal-programm ‘Erasmus’, li jitwaqqaf sabiex jgħin liż-żgħażagħ Ewropej jistudjaw barra, f'pajjiżi Ewropej oħrajn.
- 1989
- 15 u 18 ta' Ġunju
It-tielet elezzjonijiet diretti għall-Parlment Ewropew.
9 ta’ Novembru
Il-waqa’ tal-ħajt ta’ Berlin.
9 ta’ Diċembru
Fi Strasbourg, il-Kunsill Ewropew jiddeċiedi li jlaqqa’ konferenza intergovernattiva biex jimxi ‘l quddiem lejn l-unjoni ekonomika u monetarja (EMU) u kif ukoll lejn l-unjoni politika.
- 1990
- 19 ta’ Ġunju
Jiġi ffirmat il-Ftehim ta’ Schengen, bil-għan li jabolixxi l-kontrolli fuq il-fruntieri bejn l-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej.
3 ta’ Ottubru
Il-Ġermanja tingħaqad.
14 ta’ Diċembru
F’Ruma, il-bidu tal-konferenzi intergovernattivi dwar l-EMU u l-unjoni politika.
- 1991
- 9-10 ta’ Diċembru
Il-Kunsill Ewroprew ta’ Maastricht jadotta t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan ifassal il-bażi għall-politika barranija u tas-sigurtà komuni, kooperazzjoni iktar mill-qrib dwar il-ġustizzja u l-affarijiet interni u l-ħolqien ta’ unjoni ekonomika u monetarja, inkluża l-munita unika. Il-kooperazzjoni intergovernamentali f’dawn l-oqsma, flimkien mas-sistema tal-Komunità, twassal għall-ħolqien ta’ l-Unjoni Ewropea (UE). Il-KEE tieħu l-isem il-ġdid ta' 'Komunità Ewropea’ (KE).
- 1992
- 7 ta’ Frar
it-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea jiġi ffirmat f’Maastricht. Huwa jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1993.
- 1993
- 1 ta’ Jannar
Jitwaqqaf is-Suq waħdieni.
- 1994
- 9 u 12 ta' Ġunju
Ir-raba’ elezzjonijiet diretti għall-Parlament Ewropew.
24-25 Ġunju
Fil-Kunsill Ewropew ta’ Korfu, l-UE tiffirma t-trattati ta’ sħubija ma’ l-Awstrija, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Isvezja.
- 1995
- 1 ta’ Jannar
L-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja jidħlu fl-UE u jtellgħu in-numru ta’ membri għal 15. In-Norveġja tibqa’ barra, wara referendum li fih il-maġġoranza vvutat kontra.
23 ta’ Jannar
Kummissjoni Ewropea ġdida tieħu l-inkarigu (1995-1999) b'Jacques Santer bħala l-President tagħha.
27-28 ta’ Novembru
Il-Konferenza Ewro-Mediterranja f’Barċellona nidiet sħubija bejn l-UE u l-pajjiżi tan-naħa t’isfel tal-Mediterran.
- 1997
- 16-17 ta’ Ġunju
Il-Kunsill Ewropew ta’ Amsterdam jilħaq ftehim dwar trattat li jagħti lill-Unjoni Ewropea poteri u responsabbiltajiet ġodda.
2 ta’ Ottubru
Jiġi ffirmat it-Trattat ta’ Amsterdam. Dan jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 1999.
- 1998
- 30 ta’ Marzu
Jibda l-proċess ta’ sħubija għall-pajjiżi kandidati l-ġodda. Ċipru, Malta u l-10 pajjiżi ta’ l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant se jkunu involuti f’dan il-proċess.
3 ta’ Mejju
Il-Kunsill Ewropew ta’ Brussell jiddeċiedi li 11-il Stat Membru ta’ l-UE (l-Awstrija, il-Belġju, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall u Spanja) jilħqu r-rekwiżiti kollha għall-adozzjoni tal-munita unika fl-1 ta’ Jannar 1999. Il-Greċja tidħol sena wara.
31 ta’ Diċembru
Huma stabbiliti rati tal-kambju fissi u irrevokabbli bejn il-muniti li posthom se jittieħed mill-euro.
- 1999
- 1 ta’ Jannar
Fil-bidu tat-tielet stadju ta’ l-EMU: il-muniti tal-ħdax-il pajjiż huma sostitwiti mill-euro. il-munita unika hi mnedija fis-swieq tal-flus. Minn issa ‘l quddiem, il-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) hu responsabbli għall-politika monetarja ta’ l-UE, li hi definta u implimetata f’euro.
24-25 Marzu
Il-Kunsill Ewropew ta’ Berlin jilħaq ftehim dwar il-baġit ta’ l-UE għall-2000-2006 fi ħdan il-qafas ta’ ‘Aġenda 2000’.
3-4 Ġunju
il-Kunsill Ewropew ta’ Cologne jiddeċiedi li jwaqqaf Konvenzjoni u jitlobha tħejji Karta Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-membri tal-Konvenzjoni huma rappreżentanti tal-kapijiet ta’ stat jew gvern ta’ l-UE u tal-President tal-Kummissjoni Ewropea.
Javier Solana hu appuntat Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni (CFSP).
8 u 13 ta' Ġunju
Il-ħames elezzjonijiet diretti għall-Parlment Ewropew.
15 ta’ Settembru
Tieħu l-inkarigu Kummissjoni Ewropea ġdida (1999-2004) b’Romano Prodi bħala l-President tagħha.
15-16 Ottubru
Il-Kunsill Ewropew ta’ Tampere jiddeċiedi li jagħmel l-UE żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.
10-11 ta’ Diċembru
Il-Kunsill Ewropew ta’ Helsinki, prinċipalment iddedikat għat-tkabbir ta’ l-UE, uffiċjalment jirrikonoxxi lit-Turkija bħala kandidat għas-sħubija ta’ l-UE, u jiddeċiedi li jkompli bin-negozjati ma’ 12-il pajjiż kandidat ieħor.
- 2000
- 23-24 Marzu
Il-Kunsill Ewropew ta’ Liżbona jfassal strateġija biex ikattar l-impiegi fl-UE, jimmodernizza l-ekonomija u jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali f’Ewropa bbażata fuq it-tagħlim.
7-8 ta’ Diċembru
F’Nizza, il-Kunsill Ewropew jilħaq ftehim dwar it-test ta’ Trattat ġdid li jbiddel is-sistem tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ l-UE sabiex l-Unjoni tkun lesta għat-tkabbir. Il-presidenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea solennement jipproklamaw il-Karta tad-drittijiet Fundamentali ta’ l-UE
- 2001
- 26 ta’ Frar
Jiġi ffirmat it-Trattat ta’ Nizza. Huwa jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2003.
14-15 ta’ Diċembru
Il-Kunsill Ewropew ta’ Laeken jaddotta dikjarazzjoni dwar il-futur ta’ l-Unjoni. Dan jiftaħ it-triq għar-riforma kbira ta’ l-UE li tkun ġejja u għat-twaqqif ta' Konvenzjoni biex tipprepara Kostituzzjoni Ewropea. Valéry Giscard d’Estaing jiġi maħtur President tal-Konvenzjoni.
- 2002
- 1 ta’ Jannar
Nies fil-pajjiżi taż-żona ta’ l-euro bdew jużaw il-karti u l-muniti ta’ l-euro.
31 ta’ Mejju
Il-15-il stat membru ta’ l-Unjoni flimkien jirratifikaw il-Protokoll ta’ Kyoto – ftehim internazzjonali biex jitnaqqas it-tniġġis ta’ l-arja.
21-22 Ġunju
Il-Kunsill Ewropew ta’ Seville jilħaq ftehim dwar il-politika tal-kenn u l-immigrazzjoni.
13 ta’ Diċembru
Il-Kunsill Ewropew ta’ Copenhagen jaqbel li 10 mill-pajjiżi kandidati (Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja) jistgħu jidħlu fl-UE fl-1 ta’ Mejju 2004. Il-Bulgarija u r-Rumanija huma mistennija li jidħlu fl-2007.
Huwa deċiż li n-negozzjati mat-Turkija jistgħu jibdew jekk, fuq il-bażi ta’ rapport u rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill Ewropew f’Diċembru 2004 jiddeċiedi li t-Turkija tilħaq il-‘kriterja ta' Copehagen’ kollha.
- 2003
- 16 ta’ April
F’Ateni, l-UE tiffirma trattati ta’ sħubija ma’ Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja.
10 ta’ Lulju
Il-Konvenzjoni dwar il-Futur ta' l-Ewropa tlesti x-xogħol tagħha fuq l-abbozz tal-Kostituzzjoni Ewropea.
4 ta’ Ottubru
Bidu tal-konferenza intergovernattiva li tkun se tfassal trattat ġdid li jkun fih il-Kostituzzjoni Ewropea.
- 2004
- 1 ta’ Mejju
Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakja u s-Slovenja jidħlu fl-Unjoni Ewropea.
10 u 13 ta' Ġunju
Is-sitt elezzjonijiet diretti għall-Parlament Ewropew.
16-17 ta’ Diċembru
Deċiżjoni li jinbdew it-taħdidiet mal-Kroazja u t-Turkija fl-2005 jekk ikunu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet.
- 2005
- 25 ta’ April
Fil-Lussemburgu, l-UE tiffirma trattati ta’ sħubija mal-Bulgarija u mar-Rumanija.
- 2007
-
Data stabbilita mill-Kunsill Ewropew ta’ Copenhagen sabiex il-Bulgarija u r-Rumanija jsiru membri ta’ l-UE.